Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 22 ta' Marzu 2006 - Brussell

9. Aġenda
CRE

L-ordni tas-seduta ġie stabbilit ( punt 15 tal- Minuti ta' 13.03.2006 ) u tqassam corrigendum għall-aġenda (PE 369.607/OJ/COR).

Tkellem Martin Schulz f'isem il-grupp PSE, li, fuq il-bażi ta' l-Artikoli 103 u 130 tar-Regoli ta' Proċedura, talab li, fl-Aġenda tas-sessjoni parzjali li jmiss, tiddaħħal dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni fil-Belarus (Il-President wieġbu li l-kwistjoni se tiġi ttrattata mill-Konferenza tal-Presidenti, li hija responsabbli biex tistabbilixxi l-abbozz ta' l-aġenda, waqt il-laqgħa li jmiss tagħha).

Tkellmu: dwar din it-talba Jeanine Hennis-Plasschaert f'isem il-grupp ALDE, li pproponiet li d-dibattitu dwar il-Belarus jiġi organizzat illum jew għada (Il-President fakkarha bid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 132(1) tar-Regoli ta' Proċedura u ddikjara li ma jistax jieħu azzjoni dwar din il-proposta), Mario Borghezio, li reġa' tkellem dwar il-proċedura li permezz tagħha 11-il Membru ġew esklużi mill-Grupp IND/DEM (punt 2 tal- Minuti ta' 16.03.2006) (Il-President wieġbu li din kienet kwistjoni interna tal-Grupp IND/DEM), Kathalijne Maria Buitenweg, li insistiet li jkun hemm votazzjoni dwar il-proposta ta' Jeanine Hennis-Plasschaert (Il-President weġibha li hu marbut li jimxi mar-Regoli ta' Proċedura), Hans-Gert Poettering f'isem il-grupp PPE-DE, li talab li jiddaħħal dibattitu fl-aġenda ta' għada, Martin Schulz f'isem il-grupp PSE, li appoġġa t-talba ta' Hans-Gert Poettering waqt li wera r-riżervi tiegħu dwar il-proċedura segwita, Jeanine Hennis-Plasschaert, li ddikjarat li kienet qed tiġbor sebgħa u tletin firma biex jintalab li d-dibattitu jiddaħħal, Miloslav Ransdorf, Daniel Cohn-Bendit, Graham Watson u Hans-Gert Poettering.

Il-President avża li jekk illejla tiġi ppreżentata talba lill-Presidenza ffirmata minn sebgħa u tletin Membru biex dan il-punt jiddaħħal fl-aġenda ta' għada, il-Parlament jissejjaħ biex jivvota dwarha fil-ftuħ tas-seduta.

L-aġenda b'hekk ġiet iffinalizzata.

Avviż legali - Politika tal-privatezza