Tressqu d-dokumenti msemmija hawn taħt mill-Membri:
mozzjonijiet għal riżoluzzjoni (Artikolu 113 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Muscardini Cristiana – Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar l-anarkija fuq l-internet (B6-0188/2006).
irreferut
responsabbli
LIBE
opinjoni
FEMM, ITRE
4. Dikjarazzjonijiet bil-miktub (Artikolu 116 tar-Regoli ta' Proċedura)
Id-dikjarazzjoni bil-miktub Nru 83/2005 skadiet minħabba li ma kellhiex in-numru meħtieġ ta' firem, skond l-Artikolu 116(5) tar-Regoli ta' Proċedura.
5. Azzjoni meħudha dwar ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament
Tqassmet il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-azzjoni meħuda dwar ir-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament waqt is-sessjoni parzjali ta' Diċembru 2005.
6. Professjonijiet legali u interess ġenerali dwar it-tħaddim tas-sistemi legali (mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa)
Mozzjoni għal riżoluzzjoni ppreżentata, skond l-Artikolu 108 (5), tar-Regoli ta' Proċedura, fl-aħħar tad-dibattitu.
- Klaus-Heiner Lehne u Giuseppe Gargani f'isem il-grupp PPE-DE, Maria Berger f'isem il-grupp PSE, Diana Wallis f'isem il-grupp ALDE, Monica Frassoni f'isem il-grupp Verts/ALE, Brian Crowley f'isem il-grupp UEN, dwar il-professjonijiet legali u l-interess ġenerali fit-tħaddim tas-sistemi legali (B6-0203/2006).
7. Avviż tal-President
Il-President avża li l-ETA, f'dikjarazzjoni ppublikata llum, ħabbret perjodu ta' tregwa permanenti.
Tkellmu: dwar din id-dikjarazzjoni Martin Schulz, li ċeda l-ġin għall-intervent tiegħu lill-Bárbara Dührkop Dührkop, Bárbara Dührkop Dührkop f'isem il-grupp PSE, Hans-Gert Poettering f'isem il-grupp PPE-DE, Graham Watson f'isem il-grupp ALDE, Daniel Cohn-Bendit f'isem il-grupp Verts/ALE, Brian Crowley f'isem il-grupp UEN, Sylvia-Yvonne Kaufmann f'isem il-grupp GUE/NGL, James Hugh Allister Membru mhux affiljat, Jens-Peter Bonde f'isem il-grupp IND/DEM, Alejo Vidal-Quadras, James Nicholson, Willy Meyer Pleite, Proinsias De Rossa u Enrique Barón Crespo, dan ta' l-aħħar dwar l-intervent ta' Alejo Vidal-Quadras.
8. Merħba uffiċjali
Il-President, f'isem il-Parlament, ta merħba lill-membri tad-delegazzoni tal-Parlament Daniż, immexxija mis-'Speaker' tiegħu, Christian Mejdahl, li ħadu posthom fil-gallarija uffiċjali.
Tkellem Martin Schulz f'isem il-grupp PSE, li, fuq il-bażi ta' l-Artikoli 103 u 130 tar-Regoli ta' Proċedura, talab li, fl-Aġenda tas-sessjoni parzjali li jmiss, tiddaħħal dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni fil-Belarus (Il-President wieġbu li l-kwistjoni se tiġi ttrattata mill-Konferenza tal-Presidenti, li hija responsabbli biex tistabbilixxi l-abbozz ta' l-aġenda, waqt il-laqgħa li jmiss tagħha).
Tkellmu: dwar din it-talba Jeanine Hennis-Plasschaert f'isem il-grupp ALDE, li pproponiet li d-dibattitu dwar il-Belarus jiġi organizzat illum jew għada (Il-President fakkarha bid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 132(1) tar-Regoli ta' Proċedura u ddikjara li ma jistax jieħu azzjoni dwar din il-proposta), Mario Borghezio, li reġa' tkellem dwar il-proċedura li permezz tagħha 11-il Membru ġew esklużi mill-Grupp IND/DEM (punt 2 tal- Minuti ta' 16.03.2006) (Il-President wieġbu li din kienet kwistjoni interna tal-Grupp IND/DEM), Kathalijne Maria Buitenweg, li insistiet li jkun hemm votazzjoni dwar il-proposta ta' Jeanine Hennis-Plasschaert (Il-President weġibha li hu marbut li jimxi mar-Regoli ta' Proċedura), Hans-Gert Poettering f'isem il-grupp PPE-DE, li talab li jiddaħħal dibattitu fl-aġenda ta' għada, Martin Schulz f'isem il-grupp PSE, li appoġġa t-talba ta' Hans-Gert Poettering waqt li wera r-riżervi tiegħu dwar il-proċedura segwita, Jeanine Hennis-Plasschaert, li ddikjarat li kienet qed tiġbor sebgħa u tletin firma biex jintalab li d-dibattitu jiddaħħal, Miloslav Ransdorf, Daniel Cohn-Bendit, Graham Watson u Hans-Gert Poettering.
Il-President avża li jekk illejla tiġi ppreżentata talba lill-Presidenza ffirmata minn sebgħa u tletin Membru biex dan il-punt jiddaħħal fl-aġenda ta' għada, il-Parlament jissejjaħ biex jivvota dwarha fil-ftuħ tas-seduta.
L-aġenda b'hekk ġiet iffinalizzata.
10. Merħba uffiċjali
Il-President, f'isem il-Parlament, ta merħba lill-Ministru għall-Affarijiet Esterni tal-Peru, is-Sur Oscar Maúrtua De Romaña, li ħa postu fil-gallarija uffiċjali.
11. Strateġija politika annwali 2007 (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Strateġija politika annwali 2007
José Manuel Barroso (President tal-Kummissjoni) għamel dikjarazzjoni.
Tkellem Françoise Grossetête f'isem il-grupp PPE-DE.
IPPRESIEDA Luigi COCILOVO Viċi President
Tkellmu: Martin Schulz f'isem il-grupp PSE, Graham Watson f'isem il-grupp ALDE, Monica Frassoni f'isem il-grupp Verts/ALE, Kyriacos Triantaphyllides f'isem il-grupp GUE/NGL, Guntars Krasts f'isem il-grupp UEN, Jens-Peter Bonde f'isem il-grupp IND/DEM, Jan Tadeusz Masiel Membru mhux affiljat, József Szájer, Hannes Swoboda, Andrew Duff, Georgios Karatzaferis, Hans-Peter Martin, Malcolm Harbour, Libor Rouček, José Manuel Barroso, Bronisław Geremek, Jeffrey Titford, John Bowis u Margarita Starkevičiūtė.
IPPRESIEDA Janusz ONYSZKIEWICZ Viċi President
Tkellmu: Alexander Stubb u Margot Wallström (Viċi President tal-Kummissjoni).
Id-dibattitu ngħalaq.
12. Sigurta' tal-provvista' ta' enerġija ta' l-Unjoni Ewropea (dibattitu)
Mistoqsija orali (O-0007/2006) mressqa minn Giles Chichester, f'isem il- Kumitat ITRE, lill-Kunsill: Is-sigurtà tal-provvista ta' l-enerġija fl-Unjoni Ewropea (B6-0009/2006)
Mistoqsija orali (O-0008/2006) mressqa minn Giles Chichester, f'isem il- Kumitat ITRE, lill-Kummissjoni: Is-sigurtà tal-provvista ta' l-enerġija fl-Unjoni Ewropea (B6-0010/2006)
Giles Chichester għamel il-mistoqsijiet orali.
Hans Winkler (President fil-kariga tal-Kunsill) u Andris Piebalgs (Membru tal-Kummissjoni) wieġbu għall-mistoqsijiet.
Tkellmu: Paul Rübig f'isem il-grupp PPE-DE, Robert Goebbels f'isem il-grupp PSE, Lena Ek f'isem il-grupp ALDE, Claude Turmes f'isem il-grupp Verts/ALE, Esko Seppänen f'isem il-grupp GUE/NGL, Umberto Pirilli f'isem il-grupp UEN, Bastiaan Belder f'isem il-grupp IND/DEM, Luca Romagnoli Membru mhux affiljat, Jacek Emil Saryusz-Wolski, Pasqualina Napoletano, Šarūnas Birutis, Dimitrios Papadimoulis u Konrad Szymański.
IPPRESIEDA Antonios TRAKATELLIS Viċi President
Tkellmu: Gerard Batten, Alejo Vidal-Quadras, Reino Paasilinna, Fiona Hall, Diamanto Manolakou, Zbigniew Krzysztof Kuźmiuk, Elmar Brok, Mechtild Rothe, Patrizia Toia, Jerzy Buzek, Adam Gierek, Herbert Reul, Katerina Batzeli, Charles Tannock, Toomas Hendrik Ilves, Ján Hudacký, Eluned Morgan, Vytautas Landsbergis, Gunnar Hökmark, Peter Liese, Renato Brunetta, Avril Doyle, Romana Jordan Cizelj, Hans Winkler u Andris Piebalgs.
IPPRESIEDA Manuel António dos SANTOS Viċi President
Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni biex jiġi konkluż id-dibattitu skond l-Artikolu 108 (5):
- Lena Ek, Fiona Hall, Anne Laperrouze, Vittorio Prodi u Patrizia Toia f'isem il-grupp ALDE, dwar is-sigurtà tal-provvista ta' enerġija fl-Unjoni Ewropea (B6-0189/2006);
- Cristiana Muscardini, Guntars Krasts, Umberto Pirilli, Konrad Szymański u Inese Vaidere f'isem il-grupp UEN, dwar is-sigurtà tal-provvista ta' enerġija (B6-0192/2006);
- Paul Rübig, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Giles Chichester, Jacek Emil Saryusz-Wolski u Alejo Vidal-Quadras f'isem il-grupp PPE-DE, dwar is-sigurtà tal-provvista ta' enerġija fl-Unjoni Ewropea (B6-0198/2006);
- Claude Turmes, Rebecca Harms u Raül Romeva i Rueda f'isem il-grupp Verts/ALE, dwar is-sigurtà tal-provvista ta' enerġija fl-Unjoni Ewropea (B6-0201/2006);
- Robert Goebbels, Pasqualina Napoletano, Reino Paasilinna, Hannes Swoboda, Jan Marinus Wiersma u Mechtild Rothe f'isem il-grupp PSE, dwar is-sigurtà tal-provvista ta' enerġija fl-Unjoni Ewropea (B6-0202/2006).
13. Kriterji għall-operazzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea għaż-żamma tal-paċi, b'mod speċjali fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Kunsill: Kriterji għall-operazzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea għaż-żamma tal-paċi, b'mod speċjali fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo
Hans Winkler (President fil-kariga tal-Kunsill) għamel dikjarazzjoni.
Tkellmu: Karl von Wogau f'isem il-grupp PPE-DE, Ana Maria Gomes f'isem il-grupp PSE, Philippe Morillon f'isem il-grupp ALDE, Angelika Beer f'isem il-grupp Verts/ALE, Tobias Pflüger f'isem il-grupp GUE/NGL, Helmut Kuhne, Marie-Hélène Aubert, Richard Howitt, Glyn Ford u Hans Winkler.
Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni biex jiġi konkluż id-dibattitu skond l-Artikolu 103 (2) tar-Regoli ta' Proċedura:
- Karl von Wogau u Giorgos Dimitrakopoulos f'isem il-grupp PPE-DE, Ana Maria Gomes u Jan Marinus Wiersma f'isem il-grupp PSE, Philippe Morillon f'isem il-grupp ALDE, Ģirts Valdis Kristovskis f'isem il-grupp UEN, dwar il-kriterji għall-operazzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea għaż-żamma tal-paċi fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (B6-0190/2006);
- Angelika Beer, Frithjof Schmidt, Marie-Hélène Aubert, Bart Staes u Raül Romeva i Rueda, dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (B6-0195/2006);
- Tobias Pflüger f'isem il-grupp GUE/NGL, dwar il-kriterji għall-operazzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea għaż-żamma tal-paċi, b'mod speċjali fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (B6-0197/2006).
14. Reviżjoni tal-ftehim ta' Kotonou u ftehim dwar l-ammont għall-10 EDF (dibattitu)
Mistoqsija orali (O-0004/2006) mressqa minn Margrietus van den Berg, f'isem il- Kumitat DEVE, lill-Kunsill: Ir-Reviżjoni tal-Ftehim ta' Kotonou u l-iffissar ta' l-ammont għall-10 EDF (B6-0006/2006)
Glenys Kinnock għamlet il-mistoqsija orali.
Hans Winkler (President fil-kariga tal-Kunsill) wieġeb il-mistoqsija orali
Tkellmu: Jürgen Schröder f'isem il-grupp PPE-DE, Marie-Arlette Carlotti f'isem il-grupp PSE, u Thierry Cornillet f'isem il-grupp ALDE.
IPPRESIEDA Mario MAURO Viċi President
Tkellmu: Margrete Auken f'isem il-grupp Verts/ALE, Luisa Morgantini f'isem il-grupp GUE/NGL, Alessandro Battilocchio Membru mhux affiljat, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Karin Scheele u Hans Winkler.
Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni biex jiġi konkluż id-dibattitu skond l-Artikolu 108 (5):
- José Ribeiro e Castro f'isem il-grupp PPE-DE, dwar ir-Reviżjoni tal-Ftehima ta' Cotonou u l-iffissar ta' l-ammont għall-għaxar EDF (B6-0191/2006);
- Thierry Cornillet f'isem il-grupp ALDE, dwar ir-Reviżjoni tal-Ftehima ta' Cotonou u l-iffissar ta' l-ammont għall-għaxar EDF (B6-0193/2006);
- Frithjof Schmidt, dwar ir-Reviżjoni tal-Ftehima ta' Cotonou u l-iffissar ta' l-ammont għall-għaxar EDF (B6-0194/2006);
- Francis Wurtz, Willy Meyer Pleite f'isem il-grupp GUE/NGL, dwar ir-Reviżjoni tal-Ftehima ta' Cotonou u l-iffissar ta' l-ammont għall-għaxar EDF (B6-0196/2006);
- Eoin Ryan, Ģirts Valdis Kristovskis f'isem il-grupp UEN, dwar ir-Reviżjoni tal-Ftehima ta' Cotonou u l-iffissar ta' l-ammont għall-għaxar EDF (B6-0199/2006);
- Miguel Angel Martínez Martínez, Margrietus van den Berg, Glenys Kinnock, Elena Valenciano Martínez-Orozco f'isem il-grupp PSE, dwar ir-Reviżjoni tal-Ftehima ta' Cotonou u l-iffissar ta' l-ammont għall-għaxar EDF (B6-0200/2006).
15. Diskorsi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skond l-Artikolu 144 tar-Regoli ta' Proċedura:
Manuel Medina Ortega, Arūnas Degutis, Ilda Figueiredo, Gerard Batten, Urszula Krupa, Tunne Kelam, Marianne Mikko, Danutė Budreikaitė, Mario Borghezio, Laima Liucija Andrikienė, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Marios Matsakis, Dariusz Maciej Grabowski, Csaba Sándor Tabajdi, Hannu Takkula, James Hugh Allister u Joseph Muscat.
16. L-impatt ta' l-iżvilupp ta' ftehimiet ta' sħubija ekonomika (dibattitu)
Rapport dwar l-impatt ta' l-iżvilupp ta' ftehimiet ta' sħubija ekonomika [2005/2162(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp. Rapporteur: Luisa Morgantini (A6-0053/2006)
Luisa Morgantini ippreżentat ir-rapport.
Tkellem Louis Michel (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmu: Maria Martens f'isem il-grupp PPE-DE, Glenys Kinnock f'isem il-grupp PSE, Fiona Hall f'isem il-grupp ALDE, u Margrete Auken f'isem il-grupp Verts/ALE.
IPPRESIEDA Alejo VIDAL-QUADRAS Viċi President
Tkellmu: Gabriele Zimmer f'isem il-grupp GUE/NGL, Alessandro Battilocchio Membru mhux affiljat, Eija-Riitta Korhola, Kader Arif, Hannu Takkula, Vittorio Agnoletto u Louis Michel.
Rapport dwar il-partiti politiċi ewropej [2005/2224(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Rapporteur: Jo Leinen (A6-0042/2006)
Jo Leinen ippreżenta r-rapport.
Tkellem Margot Wallström (Viċi President tal-Kummissjoni).
Tkellmu: Klaus-Heiner Lehne (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat JURI), Jean-Luc Dehaene f'isem il-grupp PPE-DE, Richard Corbett f'isem il-grupp PSE, Jules Maaten f'isem il-grupp ALDE, Gérard Onesta f'isem il-grupp Verts/ALE, Sylvia-Yvonne Kaufmann f'isem il-grupp GUE/NGL, Jens-Peter Bonde f'isem il-grupp IND/DEM, James Hugh Allister Membru mhux affiljat, Íñigo Méndez de Vigo, Javier Moreno Sánchez, Andrew Duff, Eva-Britt Svensson, Patrick Louis, Andreas Mölzer, Othmar Karas, Carlos Carnero González, Hans-Peter Martin, Maria da Assunção Esteves, Marie-Line Reynaud, Andrzej Jan Szejna, Aloyzas Sakalas, Józef Pinior, Zita Gurmai u Margot Wallström.
Tkellem Paul Rübig, li ddeplora l-fatt li wħud mill-Membri telqu mill-Kamra wara li għamlu l-interventi tagħhom mingħajr ma stennew tmiem id-dibattitu.
18. Il-liġi Ewropea dwar il-kuntratti u r-reviżjoni ta' l-acquis: il-pass li jmiss (dibattitu)
Rapport dwar il-liġi Ewropea dwar il-kuntratti u r-reviżjoni ta' l-acquis: il-pass li jmiss [2005/2022(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Klaus-Heiner Lehne (A6-0055/2006)
Klaus-Heiner Lehne ippreżenta r-rapport.
Tkellem Margot Wallström (Viċi President tal-Kummissjoni).
Tkellmu: Diana Wallis (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat IMCO), Giuseppe Gargani f'isem il-grupp PPE-DE, u Manuel Medina Ortega f'isem il-grupp PSE.