8. Forniment ta' l-assoċjazzjonijiet ta' karità approvati li qed jimplimentaw il-Programm Ewropew għal għajnuna alimentari għal dawk li huma l-aktar imċaħħda mill-kumditajiet essenzjali (dikjarazzjoni bil-miktub)
Id-dikjarazzjoni bil-miktub 75/2005 imressqa mill-Membri Marie-Arlette Carlotti, Philippe Busquin, Joseph Daul, Mario Mauro u Bogusław Sonik dwar il-forniment ta' l-assoċjazzjonijiet ta' karità approvati li qed jimplimentaw il-Programm Ewropew għal għajnuna alimentari għal dawk li huma l-aktar imċaħħda mill-kumditajiet essenzjali, nhar it-23.03.2006, ġiet iffirmata mill-maġġoranza tal-Membri tal-Parlament u għalhekk, bi qbil ma' l-Artikolu 116(4) tar-Regoli ta' Proċedura, se tinbagħat lil min hi intenzjonata u se tiġi ppublikata b'indikazzjoni ta' min iffirmaha, fit-Testi Adottati ta' l-04.04.2006.