Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 4 ta' April 2006 - Strasburgu

5. Votazzjoni fuq talba għal proċedura ta' urġenza
Rapporti Verbatim

Talba għal proċedura ta' urġenza:

- Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-konkluzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni fis-settur tas-sajd bejn il-Komunita' Ewropea u l-Renju tal-Marokk - [COM(2005)0692 - C6-0040/2006 – 2005/0280(CNS)] - Kumitat PECH

Tkellmu: Philippe Morillon (Chairman tal-Kumitat PECH), Heinz Kindermann, Carmen Fraga Estévez f'isem il-grupp PPE-DE, u Daniel Varela Suanzes-Carpegna (rapporteur).

Il-Parlament ċaħad t-talba permezz ta' VE (53 favur, 127 kontra, 2 astensjonijiet).

Talba għal proċedura ta' urġenza:

- Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru. 2771/75 u (KEE) Nru. 2777/75, fir-rigward ta' l-applikazzjoni ta' miżuri eċċezzjonali ta' sostenn għas-suq [COM(2006)0153 - C6-0111/2006 - 2006/0055(CNS)] - Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali. - Kumitat AGRI

Tkellem Joseph Daul (Chairman tal-Kumitat AGRI).

It-talba għal proċedura ta' urġenza ġiet approvata.

Dan il-punt ġie miżjud fl-aġenda ta' l-Erbgħa 05.04.2006.

L-iskadenza għat-tressiq ta' l-emendi għas-seduta plenarja ġiet stabbilita hekk: data: 05.04.2006 ħin: 10.00.

Avviż legali - Politika tal-privatezza