Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 4 ta' April 2006 - Strasburgu

14. Ħin tal-mistoqsijiet (mistoqsijiet għall-Kummissjoni)
Rapporti Verbatim

Il-Parlament eżamina numru ta' mistoqsijiet lill-Kummissjoni (B6-0017/2006).

L-ewwel parti

Mistoqsija 40 (Sarah Ludford): Direttiva dwar il-ħasil tal-flus.

Charlie McCreevy (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Sarah Ludford u James Hugh Allister.

Mistoqsija 41 (Philip Bushill-Matthews): Protezzjoniżmu fost ċertu Stati Membri.

Charlie McCreevy wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Philip Bushill-Matthews.

Mistoqsija 42 (Harlem Désir): “Kuntratt għall-ewwel xogħol” ('contrat première embauche'): Konformi mad-Direttiva 2000/78/KE jew le?

Vladimír Špidla (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Harlem Désir u Andreas Mölzer.

It-tieni parti

Mistoqsija 43 (Bart Staes): Evalwazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 485/2005 – Trasferiment ta' bastimenti Ewropej lejn l-Oċeanu Indjan.

Joe Borg (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Bart Staes u Reinhard Rack.

Mistoqsija 44 (Rosa Miguélez Ramos): Projbizzjoni ta' sajd bl-għeżula fl-ilma fond.

Joe Borg wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Rosa Miguélez Ramos u John Purvis.

Mistoqsija 45 (Pedro Guerreiro): Ftehima dwar is sajd mal-Marocc u d-drittijiet leġittimi tal-poplu Sarawi.

Joe Borg wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Pedro Guerreiro u Manuel Medina Ortega.

Mistoqsija 46 (Manuel Medina Ortega): Prospettivi finanzjarji u żvilupp reġjonali fir-reġjuni ta' barra nett.

Danuta Hübner (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Manuel Medina Ortega, Piia-Noora Kauppi u Richard Seeber.

Mistoqsija 47 (Dimitrios Papadimoulis): Użu ta' fondi Komunitarji u r-regola “n+2”.

Danuta Hübner wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Dimitrios Papadimoulis.

Il-mistoqsijiet minn 48 sa 59 se jingħataw tweġiba bil-miktub.

Mistoqsija 60 (Bernd Posselt): Introduzzjoni ta' l-euro fl-għaxar Stati Membri l-ġodda.

Mistoqsija 61 (Justas Vincas Paleckis): Adeżjoni ta' l-Istati Membri l-ġodda ta' l-UE fiz-zona euro.

Joaquín Almunia (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsijiet kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Bernd Posselt, Justas Vincas Paleckis, Gábor Harangozó, Reinhard Rack u Danutė Budreikaitė.

Mistoqsija 62 (Brian Crowley): Patt ta' stabiltà u tkabbir.

Joaquín Almunia wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Brian Crowley, Piia-Noora Kauppi u Gay Mitchell.

Il-mistoqsijiet li ma kinux twieġbu minħabba nuqqas ta' ħin se jingħataw tweġibiet bil-miktub aktar 'il quddiem (ara l-Anness tar-Rapporti Verbatim tad-Dibattiti)

Il-ħin tal-mistoqsijiet imħolli għall-Kummissjoni ntemm.

Avviż legali - Politika tal-privatezza