Il-President, f'isem il-Parlament, ta merħba lis-Sur Alexander Milinkevich, kap ta' l-oppożizzjoni demokratika u kandidat għall-Presidenza tal-Belarus li ħa postu fil-gallarija uffiċjali.
3. Sitwazzjoni tan-negozjati dwar il-perspettivi finanzjarji (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-President tal-Parlament Ewropew: Sitwazzjoni tan-negozjati dwar il-perspettivi finanzjarji
Josep Borrell Fontelles (President) għamel dikjarazzjoni.
Tkellem Reimer Böge, rapporteur tal-Kumitat BUDG dwar il-Ftehima Interistituzzjonali u l-prospettivi finanzjarji 2007-2013.
Tkellem José Manuel Barroso (President tal-Kummissjoni).
Tkellmu: Hans-Gert Poettering f'isem il-grupp PPE-DE, Martin Schulz f'isem il-grupp PSE, Graham Watson f'isem il-grupp ALDE, Monica Frassoni f'isem il-grupp Verts/ALE, Francis Wurtz f'isem il-grupp GUE/NGL, Wojciech Roszkowski f'isem il-grupp UEN, Nigel Farage f'isem il-grupp IND/DEM, Jean-Claude Martinez Membru mhux affiljat u Josep Borrell Fontelles, biex jagħlaq id-dibattitu.
Id-dibattitu ngħalaq.
4. Ir-riżultat tal-Kunsill Ewropew - Is-Strateġija ta' Liżbona (dibattitu)
Rapport tal-Kunsill Ewropew u dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Ir-riżultat tal-Kunsill Ewropew - Is-Strateġija ta' Liżbona
Wolfgang Schüssel (President fil-kariga tal-Kunsill) ippreżenta r-rapport, u José Manuel Barroso (President tal-Kummissjoni) għamel dikjarazzjoni.
Tkellmu: Hans-Gert Poettering f'isem il-grupp PPE-DE, Martin Schulz f'isem il-grupp PSE, Graham Watson f'isem il-grupp ALDE, u Pierre Jonckheer f'isem il-grupp Verts/ALE.
IPPRESIEDA Edward McMILLAN-SCOTT Viċi President
Tkellmu: Ilda Figueiredo f'isem il-grupp GUE/NGL, Brian Crowley f'isem il-grupp UEN, Georgios Karatzaferis f'isem il-grupp IND/DEM, Leopold Józef Rutowicz Membru mhux affiljat, Othmar Karas, Hannes Swoboda, Alexander Lambsdorff, Claude Turmes, Helmuth Markov, Johannes Blokland, Jana Bobošíková, João de Deus Pinheiro, Bernard Poignant, Dimitrios Papadimoulis, Nils Lundgren, Philip Claeys, Alejo Vidal-Quadras, Enrique Barón Crespo, Sergej Kozlík, Timothy Kirkhope, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Jacek Emil Saryusz-Wolski, Markus Ferber, Wolfgang Schüssel u José Manuel Barroso.
Id-dibattitu ngħalaq.
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta sa ma sar il-ħin għall-votazzjonijiet: 11.30 Ħin li fih tkompliet is-seduta: 11.35)
IPPRESIEDA Alejo VIDAL-QUADRAS Viċi President
5. Ħin tal-votazzjonijiet
Ir-riżultati tal-votazzjoni (emendi, votazzjonijiet separati u maqsumin, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet' tal-Minuti.
5.1. Kalendarju 2007
Kalendarju tas-sessjonijiet parzjali tal-Parlament Ewropew – 2007: ara l-proposti tal-Konferenza tal-Presidenti (punt 4 tal- Minuti ta' 03.04.2006)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 1)
Il-kalendarju għas-seduti parzjali ta' l-2007 ġie stabbilit kif ġej:
mill-15 au 18 ta' Jannar
il-31 ta' Jannar u l-1 ta' Frar
mit-12 sal-15 ta' Frar
mit-12 sal-15 ta' Marzu
it-28 u d-29 ta' Marzu
mit-23 u sas-26 ta' April
id-9 u l-10 ta' Mejju
mill-21 sa l-24 ta' Mejju
is-6 u s-7 ta' Ġunju
mit-18 sal-21 ta' Ġunju
mid-9 sat-12 ta' Lulju
mit-3 sas-6 ta' Settembru
mill-24 sas-27 ta' Settembru
l-10 u l-11 ta' Ottubru
mit-22 sal-25 ta' Ottubru
mit-12 sal-15 ta' Novembru
it-28 u d-29 ta' Novembru
mill-10 sat-13 Diċembru.
Interventi qabel il-votazzjoni:
Edith Mastenbroek talbet, skond l-Artikolu 170(4) tar-Regoli ta' Proċedura, li l-votazzjoni fuq il-kalendarju tiġi posposta u, skond l-Artikolu 150(3), li terġa tinfetaħ l-iskadenza għat-tressiq ta' l-emendi. Gary Titley u Daniel Cohn-Bendit tkellmu dwar din it-talba.
Permezz ta' VE (214 favur, 336 kontra, 50 astjenew), il-Parlament ċaħad din it-talba.
5.2. Użu komuni ta' l-uffiċjali tal-kollegamenti maħtura barra l-pajjiż mill-aġenziji għall-infurzar tal-liġi ta' l-Istati Membri * (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar l-inizjattiva tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq bil-għan li tiġi adottata Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2003/170/JHA dwar l-użu komuni ta' l-uffiċjali ta' kuntatt ippustjati barra l-pajjiż mill-aġenziji għall-infurzar tal-liġi ta' l-Istati Membri [10706/2005 - C6-0255/2005 - 2005/0808(CNS)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Martine Roure (A6-0064/2006)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 2)
INIZJATTIVA, EMENDI u ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Rapport dwar il-proġett komuni, approvat mill-Kumitat tal-Kunċiljazzjoni, tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar ċerti gassijiet serra flworinati [PE-CONS 3604/2006 – C6-0065/2006 – 2003/0189A(COD)] - Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni - Rapporteur: Avril Doyle (A6-0087/2006)
PROĠETT KOMUNI
Tkellmu: Avril Doyle (rapporteur), li talbet li l-votazzjoni tiġi posposta bi qbil ma' l-Artikolu 170(4) tar-Regoli ta' Proċedura, u Hannes Swoboda f'isem il-grupp PSE, dwar din it-talba.
Il-Parlament approva din t-talba.
5.4. Emissjonijiet minn sistemi ta' kondizzjonament ta' l-arja ta' vetturi bil-mutur ***III (votazzjoni)
Rapport dwar il-proġett komuni, approvat mill-kumitat ta' konċiljazzjoni, tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar emissjonijiet minn sistemi ta' kondizzjonament ta' l-arja ta' vetturi bil-mutur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE [PE-CONS 3605/2006 – C6-0066/2006 – 2003/0189B(COD)] - Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni - Rapporteur:- Avril Doyle (A6-0090/2006)
PROĠETT KOMUNI
Tkellmet Avril Doyle (rapporteur), li talbet li l-votazzjoni tiġi posposta bi qbil ma' l-Artikolu 170(4) tar-Regoli ta' Proċedura.
Il-Parlament approva din t-talba.
5.5. Programm "Ċittadini għall-Ewropa" (2007-2013) ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi għall-perjodu 2007-2013 il-programm "Ċittadini għall-Ewropa" għall-inkoraġġiment ta' ċittadinanza Ewropea attiva [COM(2005)0116 - C6-0101/2005 - 2005/0041(COD)] - Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni. Rapporteur: Hannu Takkula (A6-0076/2006)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 3)
- Hannu Takkula (rapporteur) u Nikolaos Sifunakis dwar l-emendi li tressqu minnu flimkien ma' Membri oħra.
5.6. Kapitali Ewropea tal-Kultura (2007 sa 2019) ***I (votazzjoni)
Rapport Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi azzjoni komunitarja favur l-avveniment "Kapitali Ewropea tal-Kultura" għas-snin 2007 sa 2019 [COM(2005)0209 - C6-0157/2005 - 2005/0102(COD)] - Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni. Rapporteur: Christa Prets (A6-0061/2006)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 4)
5.7. Arranġamenti ta' tranżizzjoni li jirrestrinġu l-moviment ħieles ta' ħaddiema fis-swieq tax-xogħol ta' l-UE (votazzjoni)
Rapport dwar l-arranġamenti ta' tranżizzjoni li jirrestrinġu l-moviment ħieles ta' ħaddiema fis-swieq tax-xogħol ta' l-Unjoni Ewropea [2006/2036(INI)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Csaba Őry (A6-0069/2006)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 5)
- Hubert Pirker f'isem il-grupp PPE-DE, Oldřich Vlasák, Zita Pleštinská, Andreas Mölzer, Hynek Fajmon u Milan Cabrnoch
8. Korrezzjonijiet u intenzjonijiet għall-vot
Korrezzjonijiet ta' vot:
Il-korrezzjonijiet tal-vot jidhru fil-websajt "Séance en direct" "Résultats des votes (appels nominaux) / Results of votes (roll-call votes)" u fil-verżjoni stampata ta' l-anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet b'sejħa ta' l-Ismijiet".
Il-verżjoni elettronika fuq il-Europarl tiġi aġġornata regolarment sa ta' l-anqas ġimagħtejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.
Wara li tgħaddi din l-iskadenza l-korrezzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali
- Mario Mauro li kien fuq missjoni uffiċjali f'isem il-President biex jilqa' lill-President Malti, minħabba f'hekk ma rnexxilux jipparteċipa fl-ewwel votazzjoni.
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 12.50 Ħin li fih tkompliet is-seduta: 15.05 )
Pervenche Berès għarrfet li hija kienet preżenti għas-seduta tal-23.03.2006 iżda isimha ma kienx imniżżel fir-reġistru ta' l-attendenza.
10. Sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani wara l-elezzjonijiet fl-Iżrael (dibattitu)
Dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli għall-Affarjiet Barranin u tas-Sigurta' Komuni u stqarrija tal-Kummissjoni: Sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani wara l-elezzjonijiet fl-Iżrael
Javier Solana (Rappreżentant Għoli għall-PESC) u Benita Ferrero-Waldner (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.
Tkellmu: José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra f'isem il-grupp PPE-DE, Véronique De Keyser f'isem il-grupp PSE, Annemie Neyts-Uyttebroeck f'isem il-grupp ALDE, Daniel Cohn-Bendit f'isem il-grupp Verts/ALE, Francis Wurtz f'isem il-grupp GUE/NGL, Bastiaan Belder f'isem il-grupp IND/DEM, Philip Claeys Membru mhux affiljat, Elmar Brok (Chairman tal-Kumitat AFET), Emilio Menéndez del Valle, Hannu Takkula, Adamos Adamou, Gerard Batten, Jan Tadeusz Masiel u Hannes Swoboda.
IPPRESIEDA Jacek Emil SARYUSZ-WOLSKI Viċi President
Tkellmu: Sajjad Karim, Luisa Morgantini, Mario Borghezio, James Hugh Allister, Monika Beňová, Panagiotis Beglitis, Richard Howitt, Edith Mastenbroek, Pierre Schapira, Benita Ferrero-Waldner u Javier Solana.
Id-dibattitu ngħalaq.
11. Elezzjonijiet fil-Belarus (dibattitu)
Dikjarazzjonjiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Elezzjonijiet fil-Belarus
Hans Winkler (President fil-kariga tal-Kunsill) u Benita Ferrero-Waldner (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.
Tkellmu: Bogdan Klich f'isem il-grupp PPE-DE, Jan Marinus Wiersma f'isem il-grupp PSE, Jeanine Hennis-Plasschaert f'isem il-grupp ALDE, Elisabeth Schroedter f'isem il-grupp Verts/ALE, Jonas Sjöstedt f'isem il-grupp GUE/NGL, Konrad Szymański f'isem il-grupp UEN, Jan Tadeusz Masiel Membru mhux affiljat, Camiel Eurlings, Monika Beňová, Janusz Onyszkiewicz, Vytautas Landsbergis, Joseph Muscat, Árpád Duka-Zólyomi, Aloyzas Sakalas, Barbara Kudrycka, Hans Winkler u Benita Ferrero-Waldner.
Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni biex jiġi konkluż id-dibattitu skond l-Artikolu 103 (2) tar-Regoli ta' Proċedura:
- Jan Marinus Wiersma u Joseph Muscat f'isem il-grupp PSE, dwar l-elezzjonijiet presidenzjali fil-Belarus (B6-0234/2006);
- Konrad Szymański, Hanna Foltyn-Kubicka u Rolandas Pavilionis f'isem il-grupp UEN, dwar is-sitwazzjoni fil-Belarus (B6-0239/2006);
- Bogdan Klich, Elmar Brok, Camiel Eurlings, Árpád Duka-Zólyomi, Laima Liucija Andrikienė, Aldis Kušķis, Barbara Kudrycka, Vytautas Landsbergis, Jacek Emil Saryusz-Wolski u Charles Tannock f'isem il-grupp PPE-DE, dwar is-sitwazzjoni fil-Belarus wara l-elezzjonijiet presidenzjali tad-19 ta' Marzu (B6-0242/2006);
- Jeanine Hennis-Plasschaert, Anne E. Jensen u Janusz Onyszkiewicz f'isem il-grupp ALDE, dwar is-sitwazzjoni fil-Belarus wara l-elezzjonijiet presidenzjali tad-19 ta' Marzu (B6-0243/2006);
- Jonas Sjöstedt, Gabriele Zimmer u Sylvia-Yvonne Kaufmann f'isem il-grupp GUE/NGL, dwar l-elezzjonijiet presidenzjali fil-Belarus (B6-0246/2006);
- Elisabeth Schroedter, Marie Anne Isler Béguin u Milan Horáček f'isem il-grupp Verts/ALE, dwar l-elezzjonijiet presidenzjali fil-Belarus (B6-0248/2006).
Dikjarazzjonjiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Elezzjonijiet fl-Ukraina
Hans Winkler (President fil-kariga tal-Kunsill) u Benita Ferrero-Waldner (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.
Tkellmu: Charles Tannock f'isem il-grupp PPE-DE, Marek Siwiec f'isem il-grupp PSE, Šarūnas Birutis f'isem il-grupp ALDE, Rebecca Harms f'isem il-grupp Verts/ALE, Michał Tomasz Kamiński f'isem il-grupp UEN, Jerzy Buzek, Thijs Berman, Grażyna Staniszewska, Inese Vaidere, Laima Liucija Andrikienė, Hans Winkler u Benita Ferrero-Waldner.
Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni biex jiġi konkluż id-dibattitu skond l-Artikolu 103 (2) tar-Regoli ta' Proċedura:
- Jan Marinus Wiersma, Marek Siwiec, Thijs Berman u Marianne Mikko f'isem il-grupp PSE, dwar l-elezzjonijiet leġiżlattivi fl-Ukrajna (B6-0235/2006);
- Charles Tannock, Elmar Brok, Iles Braghetto, Christopher Beazley, Jerzy Buzek, Bogdan Klich, Aldis Kušķis, Marcello Vernola, Zbigniew Zaleski, Tadeusz Zwiefka u Rihards Pīks f'isem il-grupp PPE-DE, dwar is-sitwazzjoni fl-Ukrajna wara l-elezzjonijiet tas-26 ta' Marzu 2006 (B6-0240/2006);
- Grażyna Staniszewska u Šarūnas Birutis f'isem il-grupp ALDE, dwar ir-riżultat ta' l-elezzjonijiet leġiżlattivi fl-Ukrajna (B6-0244/2006);
- Helmuth Markov u Esko Seppänen f'isem il-grupp GUE/NGL, dwar l-elezzjonijiet fl-Ukrajna (B6-0245/2006);
- Rebecca Harms u Milan Horáček f'isem il-grupp Verts/ALE, dwar l-elezzjonijiet leġiżlattivi fl-Ukrajna (B6-0247/2006);
- Guntars Krasts, Inese Vaidere, Zbigniew Krzysztof Kuźmiuk, Michał Tomasz Kamiński u Hanna Foltyn-Kubicka f'isem il-grupp UEN, dwar ir-riżultati ta' l-elezzjonijiet leġiżlattivi fl-Ukrajna (B6-0249/2006).
13. Miżuri bil-ħsieb li tittejjeb is-sigurtà fuq it-toroq (SAFETY) u miżuri ta' sigurtà fis-settur tat-trasport, u l-finanzjament tagħhom (SECURITY) (dibattitu)
Dikjarazzjonjiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Miżuri bil-ħsieb li tittejjeb is-sigurtà fuq it-toroq (SAFETY) u miżuri ta' sigurtà fis-settur tat-trasport, u l-finanzjament tagħhom (SECURITY)
Hubert Gorbach (President fil-kariga tal-Kunsill) u Jacques Barrot (Viċi President tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.
Tkellmu: Georg Jarzembowski f'isem il-grupp PPE-DE, Saïd El Khadraoui f'isem il-grupp PSE, u Paolo Costa f'isem il-grupp ALDE.
IPPRESIEDA Sylvia-Yvonne KAUFMANN Viċi President
Tkellmu: Eva Lichtenberger f'isem il-grupp Verts/ALE, Reinhard Rack, Jörg Leichtfried, Hubert Gorbach u Jacques Barrot.
Id-dibattitu ngħalaq.
14. Ħin tal-mistoqsijiet (mistoqsijiet għall-Kunsill)
Il-Parlament eżamina numru ta' mistoqsijiet lill-Kunsill (B6-0017/2006).
L-ewwel parti
Mistoqsija 1 (Bogusław Sonik): Vjolazzjoni tal-libertà ta' kuxjenza u ta' reliġjon fiċ-Ċina.
Hans Winkler (President fil-kariga tal-Kunsill) wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Filip Kaczmarek (sostitut ta' l-awtur), Paulo Casaca u James Hugh Allister.
Mistoqsija 2 (Dimitrios Papadimoulis): Interċezzjonijiet illegali ta' konverżazzjonijiet telefoniċi.
Hans Winkler wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Dimitrios Papadimoulis, Justas Vincas Paleckis u Richard Seeber.
Mistoqsija 3 (Panagiotis Beglitis): Il-filosofija ġdida dwar sigurtà nazzjonali tat-Turkija u l-protokoll għall-unjoni tad-dwana bejn l-UE u t-Turkija.
Hans Winkler wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Panagiotis Beglitis u Rodi Kratsa-Tsagaropoulou.
Hans Winkler wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Paulo Casaca u Panagiotis Beglitis.
Mistoqsija 5 (Georgios Toussas): Vjolazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fi Guantanamo.
Hans Winkler wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Athanasios Pafilis (sostitut ta' l-awtur), Elizabeth Lynne u Piia-Noora Kauppi.
Hubert Gorbach (President fil-kariga tal-Kunsill) wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Robert Evans, Paul Rübig, Reinhard Rack u Elizabeth Lynne.
Mistoqsija 8 (Rodi Kratsa-Tsagaropoulou): Iffinanzjar tan-netwerks transewropej ta' trasport. Mistoqsija 9 (Bernd Posselt): “Euromagistrale” u mina bażi ta' Brenner. Mistoqsija 10 (Stanisław Jałowiecki): Twettiq tal-proċetti RTE-T.
Hubert Gorbach wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Bernd Posselt, Stanisław Jałowiecki, Paul Rübig, Piia-Noora Kauppi u Othmar Karas.
Tkellmu: Manolis Mavrommatis u Gay Mitchell dwar l-organizzazzjoni tal-ħin għall-mistoqsijiet.
Il-mistoqsijiet li ma kinux twieġbu minħabba nuqqas ta' ħin se jingħataw tweġibiet bil-miktub aktar 'il quddiem (ara l-Anness tar-Rapporti Verbatim tad-Dibattiti)
Il-ħin tal-mistoqsijiet imħolli għall-Kunsill intemm.
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 20.05 Ħin li fih tkompliet is-seduta: 21.00 )
Mariann Fischer Boel (Membru tal-Kummissjoni) għamel dikjarazzjoni.
Tkellmu: John Bowis f'isem il-grupp PPE-DE, Margrietus van den Berg f'isem il-grupp PSE, Fiona Hall f'isem il-grupp ALDE, Marie-Hélène Aubert f'isem il-grupp Verts/ALE, Ilda Figueiredo f'isem il-grupp GUE/NGL, Kathy Sinnott f'isem il-grupp IND/DEM, Irena Belohorská Membru mhux affiljata, Cristina Gutiérrez-Cortines, Glenys Kinnock, Marios Matsakis, Hiltrud Breyer, Gabriele Zimmer, Urszula Krupa, Jan Tadeusz Masiel, Françoise Grossetête, Karin Scheele, Nicholson of Winterbourne, Péter Olajos, Antonios Trakatellis, Thomas Ulmer, Eija-Riitta Korhola, Lívia Járóka, Mairead McGuinness u Mariann Fischer Boel.
Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni biex jiġi konkluż id-dibattitu skond l-Artikolu 103 (2) tar-Regoli ta' Proċedura:
- Ģirts Valdis Kristovskis u Eoin Ryan f'isem il-grupp UEN, dwar il-Jum Dinji tas-Saħħa (B6-0228/2006);
- John Bowis, Anders Wijkman u Eija-Riitta Korhola f'isem il-grupp PPE-DE, dwar il-Jum Dinji tas-Saħħa (B6-0231/2006);
- Marie-Hélène Aubert, Margrete Auken, Frithjof Schmidt u Carl Schlyter f'isem il-grupp Verts/ALE, dwar il-Jum Dinji tas-Saħħa (B6-0232/2006);
- Luisa Morgantini, Gabriele Zimmer, Adamos Adamou, Vittorio Agnoletto u Ilda Figueiredo f'isem il-grupp GUE/NGL, dwar il-Jum Dinji tas-Saħħa (B6-0233/2006);
- Fiona Hall, Thierry Cornillet u Marios Matsakis f'isem il-grupp ALDE, dwar il-Jum Dinji tas-Saħħa (B6-0236/2006);
- Miguel Angel Martínez Martínez, Glenys Kinnock u Margrietus van den Berg f'isem il-grupp PSE, dwar il-Jum Dinji tas-Saħħa (B6-0238/2006).
Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru. 2771/75 u (KEE) Nru. 2777/75, fir-rigward ta' l-applikazzjoni ta' miżuri eċċezzjonali ta' sostenn għas-suq [COM(2006)0153 - C6-0111/2006 - 2006/0055(CNS)] - Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali.
Tkellmu: Neil Parish f'isem il-grupp PPE-DE, Katerina Batzeli f'isem il-grupp PSE, Ilda Figueiredo f'isem il-grupp GUE/NGL, Jeffrey Titford f'isem il-grupp IND/DEM, Janusz Wojciechowski f'isem il-grupp UEN, Joseph Daul, Rosa Miguélez Ramos, Zdzisław Zbigniew Podkański, Czesław Adam Siekierski, Stéphane Le Foll, Mairead McGuinness, Bogdan Golik, Esther Herranz García, Marc Tarabella, Albert Jan Maat, Thijs Berman, Csaba Sándor Tabajdi u Mariann Fischer Boel.