Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 15 ta' Mejju 2006 - Strasburgu

12. Ordni tas-seduta
Rapporti Verbatim

Il-punt li jmiss kien l-ordni tas-seduta.

Tkellem Hans-Peter Martin.

L-abbozz finali ta' l-aġenda għas-seduti ta' Mejju I u II (PE 373.210/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-modifikazzjonijiet imsemmija hawn taħt (Artikolu 132 tar-Regoli ta' Proċedura):

Seduti ta' bejn 15.05.2006 u 18.05.2006

It-Tnejn

- ma ġiet proposta l-ebda modifika

It-Tlieta

- Talba mill-Grupp GUE/NGL biex ir-Rapport Speroni dwar it-talba għat-tneħħija ta' l-immunità ta' Tobias Pflüger (A6-0156/2006), imdaħħal fil-ħin tal-votazzjoni tat-Tlieta (punt 2 ta' l-Aġenda) jintbagħat lura lill-kumitat.

Tkellem Sylvia-Yvonne Kaufmann, li ġġustifika t-talba.

Tkellmu: dwar it-talba Klaus-Heiner Lehne f'isem il-grupp PPE-DE, Martin Schulz f'isem il-grupp PSE li talab li l-Konferenza tal-Presidenti ma jkollhiex tittratta l-kwistjonijiet relattivi għall-immmunità Parlamentari u li dawn jiġu rriżervati għall-Plenarja u għall-Kumitat JURI, Daniel Marc Cohn-Bendit f'isem il-grupp Verts/ALE, u Martin Schulz.

Il-Parlament ċaħad t-talba permezz ta' VE (72 favur, 102 kontra, 50 astensjonijiet).

- Talba mill-Grupp PSE biex il-votazzjoni dwar ir-Rapport Rack dwar it-titjib tar-rendiment ambjentali tas-sistema tat-trasport tal-merkanzija («Marco Polo II») (A6-0408/2005) (punt 11 ta' l-Aġenda) tiġi posposta għal nhar l-Erbgħa.

Il-Parlament approva din t-talba.

L-Erbgħa

Peress li l-Presidenza fil-Kariga tal-Kunsll għarrfet li mhux se tkun tista' tkun preżenti iktar tard mis-19.00, il-ħin għall-mistoqsijiet lill-Kunsill tnaqqas għal siegħa.

Tkellmu: biex jipprotestaw kontra din id-dikjarazzjoni, Martin Schulz, Giles Chichester, Hans-Gert Poettering u Hans-Peter Martin (Il-President qal li kien se jibgħat dawn l-osservazzjonijiet lill-Kunsill).

Il-Ħamis

Dibattiti dwar każi ta' vjolazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u ta' l-istat ta' dritt (Artikolu 115 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Talba mill-Grupp ALDE biex jiżdied punt «Taiwan» għad-dibattitu dwar każi ta' vjolazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u ta' l-istat ta' dritt.

Tkellem Graham Watson f'isem il-grupp ALDE, li ġġustifika t-talba.

Tkellmu: dwar it-talba Francis Wurtz f'isem il-grupp GUE/NGL, u Astrid Lulling f'isem il-grupp PPE-DE.

Il-Parlament approva din t-talba.

Seduti ta' 31.05.2006 u 01.06.2006

- ma ġiet proposta l-ebda modifika

Hekk ġie stabbilit l-ordni tas-seduta.

Avviż legali - Politika tal-privatezza