Ir-riżultati tal-votazzjoni (emendi, votazzjonijiet separati u maqsumin, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet' tal-Minuti.
Tkellem Hannes Swoboda f'isem il-grupp PSE, talab biex ir-rapport Hughes jitpoġġa għall-votazzjoni fit-tmiem tal-ħin tal-votazzjonijiet (Il-President ta' l-kunsens tiegħu).
7.1. Reġistri tal-kummerċ għal għanijiet ta'statistika ***I (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsillv li jistabbilixxi qafas komuni għall-iżvilupp ta' reġistri tal-kummerċ għal għanijiet ta' statistika u li jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 2186/93 tal-Kunsill [COM(2005)0112 - C6-0089/2005 - 2005/0032(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Hans-Peter Martin (A6-0177/2006)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 1)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI, EMENDI u ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
7.2. Programm Qafas għall-Innovazzjoni u l-Kompetittività (2007-2013) ***I (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Programm Qafas għall-Innovazzjoni u l-Kompetittività (2007-2013) [COM(2005)0121 - C6-0098/2005 - 2005/0050(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Jorgo Chatzimarkakis (A6-0180/2006)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 2)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI, EMENDI u ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
7.3. impriżi żgħar u ta' daqs medju fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar impriżi żgħar u ta' daqs medju fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw [2005/2207(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp. Rapporteur: Jürgen Schröder (A6-0151/2006)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 3)
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
Jürgen Schröder (rapporteur) għamel dikjarazzjoni skond l-Artikolu 131(4) tar-Regoli ta' Proċedura.
7.4. Prodotti ta' mediċina għall-użu pedjatriku ***II (votazzjoni)
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-posizzjoni komuni tal-Kunsill bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prodotti mediċinali għall-użu pedjatriku u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1768/92, id-Direttiva 2001/20/KE, d-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 [15763/3/2005 - C6-0087/2006 - 2004/0217(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Françoise Grossetête (A6-0171/2006)
(Maġġoranza kwalifikata)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 4)
7.5. Ugwaljanza fl-opportunitajiet u fit-trattament bejn l-irġiel u n-nisa fl-oqsma ta' l-impjiegi u x-xogħol ***II (votazzjoni)
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-posizzjoni komuni adottata mill-Kunsill bil-ħsieb li tiġi adottata Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali [15623/7/2005 - C6-0089/2006 - 2004/0084(COD)] - Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Rapporteur: Angelika Niebler (A6-0165/2006)
(Maġġoranza kwalifikata)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 5)
7.6. Sena Ewropea għad-djalogu interkulturali (2008) ***I (votazzjoni)
Rapport Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea għad-djalogu interkulturali (2008) [COM(2005)0467 - C6-0311/2005 - 2005/0203(COD)] - Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni. Rapporteur: Erna Hennicot-Schoepges (A6-0168/2006)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 6)
7.8. Projbizzjonijiet li jirriżultaw minn kundanni għal reati sesswali mwettqa kontra t-tfal * (votazzjoni)
Rapport fuq inizjattiva tar-Renju tal-Belġju sabiex tiġi adottata mill-Kunsill deċiżjoni qafas dwar ir-rikonoxximent u l-eżerċitar fl-Unjoni Ewropea tal-projbizzjonijiet li jirriżultaw minn kundanni għal reati sesswali mwettqa kontra t-tfal [14207/2004 - C6-0244/2004 - 2004/0818(CNS)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Bogusław Sonik (A6-0068/2006)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 8)
Tkellmu: Simon Coveney f'isem il-grupp PPE-DE, li talab ir-rapport tal-votazzjoni għall-perjodu tas-seduta li jmiss, bi qbil ma' l-Artikolu 170 tar-Regoli ta' Proċedura, Elmar Brok (Chairman tal- Kumitat AFET) u Francis Wurtz f'isem il-grupp GUE/NGL, it-tnejn dwar din it-talba.
Il-Parlament approva t-talba permezz ta' VE (326 favur, 265 kontra, 22 astensjonijiet).
7.11. Ftehim ta' sħubija transatlantika UE/Stati Uniti ta' l-Amerika(votazzjoni)
Rapport Titjib tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika fil-qafas ta' Ftehim għal sħubija transatlantika [2005/2056(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Elmar Brok (A6-0173/2006)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 10)
Elmar Brok, rapporteur, ippreżenta emenda orali ma' l-emenda 16, li ġiet aċċettata.
7.12. Relazzjonijiet ekonomiċi transatlantiċi UE-Stati Uniti ta' l-Amerika (votazzjoni)
Rapport dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi transatlantiċi UE-Stati Uniti ta' l-Amerika [2005/2082(INI)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Erika Mann (A6-0131/2006)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 11)
- Margarita Starkevičiūtė ipproponiet emenda orali biex iddaħħal paragrafu 4a ġdid, li ġiet aċċettata;
- Werner Langen (rapporteur) dwar l-emendi 1, 2 u 3;
- Ieke van den Burg dwar l-emenda 2; wara hija pproponiet emenda orali ma' l-emenda 10, li ġiet aċċetata.
7.14. Estimi ta' dħul u nfiq tal-Parlament Ewropew (2007) (votazzjoni)
Rapport dwar l-estimi ta' dħul u nfiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2007 [2006/2022(BUD)] - Kumitat għall-Baġit. Rapporteur: Louis Grech (A6-0188/2006)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 13)
7.15. Politika kummerċjali biex tiġi mmassimiizzata l-kontribuzzjoni tal-kummerċ lejn fil-ġlieda kontra l-faqar (votazzjoni)
Rapport Il-kummerċ u l-faqar: tfassil ta' politika kummerċjali biex tiġi mmassimizzata l-kontribuzzjoni tal-kummerċ fil-ġlieda kontra l-faqar [2006/2031(INI)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Helmuth Markov (A6-0179/2006)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 14)
7.16. L-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija (Green Paper) (votazzjoni)
Rapport dwar il-Green Paper dwar l-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija jew kif tiġi kkunsmata aħjar b'inqas [2005/2210(INI)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Alejo Vidal-Quadras (A6-0160/2006)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 15)
7.17. Is-sitwazzjoni ta' nisa Roma fl-Unjoni Ewropea (votazzjoni)
Rapport dwar is-sitwazzjoni tan-nisa Roma fl-Unjoni Ewropea [2005/2164(INI)] - Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Rapporteur: Lívia Járóka (A6-0148/2006)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 16)
- Lívia Járóka (rapporteur) ipproponiet emenda orali mal-paragrafu 1, li ġiet aċċettata.
- Viktória Mohácsi ipproponiet emenda orali mal-premessa B, liema premessa Lívia Járóka opponiet. Peress li aktar minn 37 Membru opponew l-emenda orali, din ma ġietx inkorporata.
7.18. Is-sitwazzjoni tan-nisa fil-konflitti armati u l-irwol tagħhom fir-rikostruzzjoni u fil-proċess demokratiku fil-pajjiżi li jinsabu fi stat ta' wara konflitt (votazzjoni)
Rapport dwar is-sitwazzjoni tan-nisa fil-konflitti armati u l-irwol tagħhom fir-rikostruzzjoni u fil-proċess demokratiku fil-pajjiżi li jinsabu fi stat ta' wara konflitt [2005/2215(INI)] - Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Rapporteur: Véronique De Keyser (A6-0159/2006)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 17)
- Véronique De Keyser (rapporteur) irrrimarkat li l-grupp Verts/ALE irtira l-emendi kollha tiegħu minbarra l-emenda 10.
7.19. Infezzjonijiet trażmessi mid-demm ikkawżati minn ġrieħi minn siringi
Rapport li fih rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-protezzjoni ta' ħaddiema fil-qasam tas-saħħa ta' l-Unjoni Ewropea kontra l-infezzjonijiet trażmessi mid-demm ikkawżati minn ġrieħi minn siringi [2006/2015(INI)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Stephen Hughes (A6-0137/2006)
(Maġġoranza kwalifikata)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 18)
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
Tkellmu:
Tkellmu:Graham Booth dwar il-proċedura tal-votazzjoni u Jean-Paul Gauzès, pprotesta dwar il-fatt li l-votazzjoni ma seħħitx sa l-aħħar tal-ħin tal-votazzjonijiet, Stephen Hughes (rapporteur), li talab, bi qbil ma' l-Artikolu 170, paragrafu 4, il-postponiment tal-votazzjoni finali għas-seduta parzjali li jmiss, u Elmar Brok, li appoġġja t-talba tar-rapporteur billi talab il-postponiment tal-bqija tal-votazzjoni (mill-emenda 6/rev 'il quddiem).