Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 13 ta' Ġunju 2006 - Strasburgu

15. Ħin tal-mistoqsijiet (mistoqsijiet għall-Kummissjoni)
Rapporti Verbatim

Il-Parlament eżamina numru ta' mistoqsijiet lill-Kummissjoni (B6-0224/2006).

L-ewwel parti

Mistoqsija 45 (Carl Schlyter): Finanzjament tal-proġett Sakhalin II mill-BERD.

Joaquín Almunia (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Carl Schlyter u Marie Anne Isler Béguin.

Mistoqsija 46 (Michl Ebner): Privattività ta' l-invenzjonijiet implimentati b'kompjuter fl-Unjoni Ewropea.

Charlie McCreevy (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Michl Ebner, Piia-Noora Kauppi u Carl Schlyter.

Mistoqsija 47 (Saïd El Khadraoui): Użu abbużiv tal-Google

Charlie McCreevy wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Saïd El Khadraoui.

It-tieni parti

Mistoqsija 48 (Dimitrios Papadimoulis): Spejjeż ogħla għall-pagamenti bil-kards tal-bank fil-Greċja.

Neelie Kroes (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Dimitrios Papadimoulis, Manolis Mavrommatis u Richard Seeber.

Mistoqsija 49 (Bogusław Sonik): Distribuzzjoni parallela tal-mediċini.

Neelie Kroes wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Bogusław Sonik u Justas Vincas Paleckis.

Mistoqsija 50 (Ivo Belet): L-għaqda bejn Suez u Gaz de France u l-konsegwenzi tagħha għall-kompetizzjoni fis-suq Belġjan ta' l-enerġija – ħarsien ta' l-interessi tal-konsumaturi.

Neelie Kroes wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Ivo Belet.

Il-mistoqsija 51 se tingħata tweġiba bil-miktub aktar 'il quddiem.

Mistoqsija 52 (Bart Staes): Ħolqien ta' Task Force Ewropew dwar l-“Influwenza Avjarja”.

Markos Kyprianou (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Bart Staes.

Mistoqsija 53 (Robert Evans): Kiri ta' karozzi.

Markos Kyprianou wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Robert Evans u Malcolm Harbour.

Mistoqsija 54 (Zbigniew Krzysztof Kuźmiuk): Embargo fuq l-importazzjoni tal-prodotti ta' l-ikel fir-Russja.

Mistoqsija 59 (Ryszard Czarnecki): Embargo fuq l-esportazzjoni Pollakka tal-laħam lejn l-Ukrajna u r-Russja.

Markos Kyprianou wieġeb għall-mistoqsijiet kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Zbigniew Krzysztof Kuźmiuk, Paul Rübig u Marie Anne Isler Béguin.

Mistoqsija 60 (Marie Anne Isler Béguin): Appoġġ għall-proċess demokratiku fil-Mawritanja.

Neelie Kroes wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Marie Anne Isler Béguin.

Mistoqsija 61 (Bernd Posselt): Kooperazzjoni għall-iżvilupp man-Niġerja.

Neelie Kroes wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Bernd Posselt.

Mistoqsija 62 (Eoin Ryan): Għajnuna ta' l-UE għall-ġlieda kontra l-AIDS fl-Afrika

Neelie Kroes wieġeb għall-mistoqsija.

Tkellem Eoin Ryan, biex iressaq mistoqsija kumplimentari li, weġbitu Neelie Kroes, għaliha se jirċievi tweġiba bil-miktub.

Il-mistoqsijiet li ma kinux twieġbu minħabba nuqqas ta' ħin se jingħataw tweġibiet bil-miktub aktar 'il quddiem (ara l-Anness tar-Rapporti Verbatim tad-Dibattiti)

Il-ħin tal-mistoqsijiet imħolli għall-Kummissjoni ntemm.

Avviż legali - Politika tal-privatezza