15. Setgħat ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (Ftehima Interistituzzjonali) -Setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (proċeduri) (dibattitu)
Rapport dwar ftehima interistituzzjonali fil-forma ta' stqarrija konġunta dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 1999/468/KE li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni [10126/1/2006 - C6-0208/2006 - 2006/2152(ACI)] - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Rapporteur: Richard Corbett (A6-0237/2006)
Rapport dwar proposta emendata ta' Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 1999/468/KE tal-Kunsill li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni [10126/1/2006 - C6-0190/2006 - 2002/0298(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Rapporteur: Richard Corbett (A6-0236/2006)
Tkellem Margot Wallström (Viċi President tal-Kummissjoni)
Richard Corbett ippreżenta r-rapporti tiegħu.
Tkellmu: Alexander Radwan f'isem il-grupp PPE-DE, Pervenche Berès f'isem il-grupp PSE, Andrew Duff f'isem il-grupp ALDE, Satu Hassi f'isem il-grupp Verts/ALE, Maria da Assunção Esteves, Friedrich-Wilhelm Graefe zu Baringdorf u Margot Wallström.