Rapport dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar "It-tnedija ta' dibattitu dwar approċċ komunitarju rigward is-sistemi ta' l-ittikkettar tal-prodotti tas-sajd" [2005/2189(INI)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Carmen Fraga Estévez (A6-0219/2006)
Carmen Fraga Estévez ippreżentat ir-rapport.
Tkellem Joe Borg (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmu: Frédérique Ries (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ENVI), Iles Braghetto f'isem il-grupp PPE-DE, Rosa Miguélez Ramos f'isem il-grupp PSE, Elspeth Attwooll f'isem il-grupp ALDE, Carl Schlyter f'isem il-grupp Verts/ALE, Pedro Guerreiro f'isem il-grupp GUE/NGL, James Hugh Allister Membru mhux affiljat, Duarte Freitas, Stavros Arnaoutakis, Albert Jan Maat, Paulo Casaca, Ioannis Gklavakis, Zdzisław Kazimierz Chmielewski, James Nicholson u Joe Borg