16. L-adeżjoni tal-KE għall-Konferenza dwar il-liġi internazzjonali privata ta' The Hague *** - Il-parteċipazzjoni tal-Parlament Ewropew fil-ħidma tal-Konferenza ta' The Hague wara l-adeżjoni tal-Komunita' (dibattitu)
Rakkomandazzjoni dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Komunita' Ewropea għall-Konferenza dwar il-liġi internazzjonali privata ta' The Hague [07591/2006 - C6-0138/2006 - 2005/0251(AVC)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Diana Wallis (A6-0250/2006)
Mistoqsija orali (O-0076/2006) mressqa minn Giuseppe Gargani, f'isem il-Kumitat JURI, lill-Kummissjoni: Il-parteċipazzjoni tal-Parlament Ewropew fix-xogħol tal-Konferenza ta' The Hague wara l-adeżjoni tal-Komunità (B6-0324/2006)
Diana Wallis ippreżentat ir-rakkomandazzjoni.
Tkellem Franco Frattini (Viċi President tal-Kummissjoni).
Tkellmu: Jean-Paul Gauzès f'isem il-grupp PPE-DE, Manuel Medina Ortega f'isem il-grupp PSE, Ignasi Guardans Cambó f'isem il-grupp ALDE, Daniel Strož f'isem il-grupp GUE/NGL, u Andrzej Jan Szejna
Mozzjoni għal riżoluzzjoni ppreżentata, skond l-Artikolu 108 (5), tar-Regoli ta' Proċedura, fl-aħħar tad-dibattitu.
- Giuseppe Gargani, f'isem il-Kumitat JURI, dwar l-involviment tal-Parlament Ewropew fix-xogħol tal-Konferenza ta' The Hague wara l-adeżjoni tal-Komunità (B6-0459/2006).