Tressaq id-dokument imsemmi hawn taħt mill-Kunsill/il-Kummissjoni
- Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru. 3 għas-sena finanzjarja 2006 - Dikjarazzjoni ġenerali ta' dħul u nfiq -Taqsima III – Kummissjoni - Taqsima VIII, Parti B – Il-Kontrollur Ewropew Għall-Protezzjoni Tad-Data (11297/2006 – C6-0239/2006 – 2006/2119(BUD))
Riferut lill-kumitat responsabbli: BUDG
3. Talba għal referenza lura lill-kumitat
Il-President għarraf li l-Grupp PSE, skond l-Artikolu 168 tar-Regoli ta' Proċedura, għandu l-intenzjoni li jibgħat lura lill-kumitat ir-rapport Bastiaan Belder : Relazzjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina (A6-0257/2006) (punt 31 tal-Aġenda).
Din it-talba se jittieħed vot dwarha fil-bidu tad-dibattitu dwar dan ir-rapport fid-21.00.
4. Preparazzjoni ta' l-UE għall-irwol futur tagħha fil-Kosovo (dibattitu)
Mistoqsija orali (O-0082/2006) mressqa minn Joost Lagendijk u Gisela Kallenbach f'isem il-grupp Verts/ALE, Hannes Swoboda u Jan Marinus Wiersma f'isem il-grupp PSE, Doris Pack f'isem il-grupp PPE-DE, Elizabeth Lynne, Sarah Ludford u Jelko Kacin f'isem il-grupp ALDE, lill-Kunsill: L-istat ta' preparazzjoni ta' l-UE għall-irwol futur tagħha fil-Kosovo (B6-0426/2006)
Joost Lagendijk, Hannes Swoboda, Doris Pack u Sarah Ludford għamlu l-mistoqsija orali.
Paula Lehtomäki (President fil-kariga tal-Kunsill) wieġeb il-mistoqsija orali
Tkellem Olli Rehn (Membru tal-Kummissjoni)
Tkellmu: Bernd Posselt f'isem il-grupp PPE-DE, Jan Marinus Wiersma f'isem il-grupp PSE, István Szent-Iványi f'isem il-grupp ALDE, Gisela Kallenbach f'isem il-grupp Verts/ALE, Erik Meijer f'isem il-grupp GUE/NGL, Marek Aleksander Czarnecki Membru mhux affiljat, Alexander Stubb, Panagiotis Beglitis, Jelko Kacin, Bart Staes, Tobias Pflüger u Karl von Wogau.
IPPRESIEDA Sylvia-Yvonne KAUFMANN Viċi President
Tkellmu: Józef Pinior, Anneli Jäätteenmäki, Athanasios Pafilis, Csaba Sándor Tabajdi, Joost Lagendijk, Paula Lehtomäki u Olli Rehn.
Id-dibattitu ngħalaq.
5. Albanija - Ftehima ta’ Stabilita' u ta' Assoċjazzjoni ma' l-Albanija *** (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Kunsill: Albanija
Rakkomandazzjoni dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Stabilita' u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ l-Albanija, minn naħa l-oħra [08161/2006 - C6-0197/2006 - 2006/0044(AVC)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Toomas Hendrik Ilves (A6-0246/2006)
Paula Lehtomäki (President fil-kariga tal-Kunsill) għamel dikjarazzjoni.
Tkellem Olli Rehn (Membru tal-Kummissjoni).
Toomas Hendrik Ilves ippreżenta r-rakkomandazzjoni.
Tkellmu: Panagiotis Beglitis (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat INTA), Doris Pack f'isem il-grupp PPE-DE, Jan Marinus Wiersma f'isem il-grupp PSE, Jelko Kacin f'isem il-grupp ALDE, Gisela Kallenbach f'isem il-grupp Verts/ALE, Erik Meijer f'isem il-grupp GUE/NGL, Salvatore Tatarella f'isem il-grupp UEN, u Georgios Karatzaferis f'isem il-grupp IND/DEM.
IPPRESIEDA Jacek Emil SARYUSZ-WOLSKI Viċi President
Tkellmu: Alessandro Battilocchio Membru mhux affiljat, Bernd Posselt, Libor Rouček, Jaromír Kohlíček, Ryszard Czarnecki, Georgios Papastamkos, Justas Vincas Paleckis, Philip Claeys, Konstantinos Hatzidakis, Vincenzo Lavarra, Hubert Pirker, Józef Pinior, Simon Busuttil, Agnes Schierhuber, Paula Lehtomäki u Olli Rehn.
Mozzjoni għal riżoluzzjoni biex jingħalaq id-dibattitu skond l-Artikolu 103(2):
- Toomas Hendrik Ilves, f'isem il-Kumitat AFET, dwar il-konklużjoni tal-Ftehima ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, u r-Repubblika ta' l-Albanija (B6-0458/2006).
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta sa ma sar il-ħin għall-votazzjonijiet: 11.55 Ħin li fih tkompliet is-seduta: 12.00)
IPPRESIEDA Antonios TRAKATELLIS Viċi President
6. Il-projbizzjoni tal-prodotti li ġejjin mill-foka fl-Unjoni Ewropea (dikjarazzjoni bil-miktub)
Id-dikjarazzoni 38/2006 ippreżentata mid-deputati Carl Schlyter, David Casa, Karl-Heinz Florenz, Mojca Drčar Murko u Caroline Lucas dwar il-projbizzjoni tal-prodotti li ġejjin mill-foka fl-Unjoni Ewropea ġabret il-firem ta' aktar mill-maġġoranza tal-Membri tal-Parlament u b'hekk, skond l-Artikolu 116(4) tar-Regoli ta' Proċedura, ser tintbagħat lid-destinatarju tagħha u ser tiġi ppubblikata, flimkien ma' l-ismijiet tal-firmatarji, fil-minuti ta-sessjoni tas-26.09.06 .
Tkellem Carl Schlyter.
7. Ħin tal-votazzjonijiet
Ir-riżultati tal-votazzjoni (emendi, votazzjonijiet separati u maqsumin, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet' tal-Minuti.
7.1. Ftehima tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros * (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' ftehima ta’ sħubija fil-qasam tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros [COM(2006)0096 - C6-0103/2006 - 2006/0032(CNS)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Luis Manuel Capoulas Santos (A6-0242/2006)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 1)
7.2. Ftehima tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles * (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehima ta' Sħubija fil-qasam tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles [COM(2006)0097 - C6-0102/2006 - 2006/0029(CNS)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Carmen Fraga Estévez (A6-0241/2006)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 2)
7.3. Protezzjoni ta' data personali * (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni ta' qafas tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' data personali pproċessata fil-qafas tal-koperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija fi kwistjonijiet kriminali [COM(2005)0475 - C6-0436/2005 - 2005/0202(CNS)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Martine Roure (A6-0192/2006)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 3)
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Martine Roure f'isem il-grupp PSE, talab, fuq il-bażi ta' l-Artikolu 170(1) u f'kunsiderazzjoni ta' l-Artikolu 53(2) tar-Regoli ta' Proċedura, biex il-votazzjoni fuq l-abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva tiġi posposta għal waqt is-sessjoni ta' Settembru II.
Il-Parlament approva din t-talba.
7.4. Ftehima ta’ Stabilita' u ta' Assoċjazzjoni ma' l-Albanija *** (votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Stabilita' u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ l-Albanija, minn naħa l-oħra [08161/2006 - C6-0197/2006 - 2006/0044(AVC)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Toomas Hendrik Ilves (A6-0246/2006)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 4)
7.5. Mudell soċjali Ewropew għall-futur (votazzjoni)
Rapport dwar il-mudell soċjali Ewropew għall-futur [2005/2248(INI)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Ko-Rapporteurs: Proinsias De Rossa u José Albino Silva Peneda (A6-0238/2006)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 5)
7.6. Titjib tas-saħħa mentali tal-popolazzjoni - lejn strateġija għall-Unjoni Ewropea dwar is-saħħa mentali (votazzjoni)
Rapport dwar it-titjib tas-saħħa mentali tal-popolazzjoni -lejn strateġija għall-Unjoni Ewropea dwar is-saħħa mentali [2006/2058(INI)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: John Bowis (A6-0249/2006)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 6)
- Zbigniew Zaleski ressaq emenda orali għall-paragrafu 48, li magħha John Bowis (rapporteur) qabel, u li m'għaddietx. Aktar minn 37 Membru kienu kontra li din tiġi kkunsidrata;
- Marios Matsakis ressaq emenda orali għall-emendi 11 u12, li magħha John Bowis qabel u li għaddiet.
7.7. Simplifikazzjoni u titjib tal-politika komuni tas-sajd (2006-2008) (votazzjoni)
Rapport dwar il-pjan ta' azzjoni 2006-2008 għas-simplifikazzjoni u t-titjib tal-politika komuni tas-sajd [2006/2053(INI)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Philippe Morillon (A6-0228/2006)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 7)
7.8. Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (votazzjoni)
Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa skond l'Artikolu 54 (3), tar-Regoli ta' Proċedura minn Ingeborg Gräßle, f'isem il-Kumitat BUDG, dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej COM(2005)0181 - COM(2006)0213 - C6-0234/2005 - 2005/0090(CNS) (B6-0457/2006)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 8)
- Ingeborg Gräßle, qabel il-votazzjoni fuq il-proċedura baġitarja.
7.9. Ftehima ta' stabilizazzjoni u t'assoċjazzjoni KE/Albania (votazzjoni)
Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-konklużjoni tal-Ftehima ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, u r-Repubblika ta' l-Albanija (B6-0458/2006)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 9)
Ftehima ta' stabilizazzjoni u t'assoċjazzjoni KE/Albania - B6-0458/2006
Koenraad Dillen
9. Korrezzjonijiet u intenzjonijiet għall-vot
Korrezzjonijiet ta' vot:
Il-korrezzjonijiet tal-vot jidhru fil-websajt "Séance en direct" "Résultats des votes (appels nominaux) / Results of votes (roll-call votes)" u fil-verżjoni stampata ta' l-anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet b'sejħa ta' l-Ismijiet".
Il-verżjoni elettronika fuq il-Europarl tiġi aġġornata regolarment sa ta' l-anqas ġimagħtejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.
Wara li tgħaddi din l-iskadenza l-korrezzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali
Intenzjonijiet għall-vot:
Ġew ikkomunikati l-intenzjonijiet għall-vot li ġejjin (għal voti li ma ntefgħux)
Rapport Luis Manuel Capoulas Santos - A6-0242/2006
- votazzjoni waħda
favur: Christine De Veyrac, Lissy Gröner, Pierre Schapira
Pierre Schapira ġibed l-attenzjoni li l-apparat tal-vot tiegħu ma ħadimx waqt dan il-ħin tal-vot.
Rapport Proinsias De Rossa u José Albino Silva Peneda - A6-0238/2006
paragrafu 16
kontra: Claude Turmes
paragrafu 17
favur: Cristiana Muscardini
paragrafu 20, l-ewwel parti
favur: Cristiana Muscardini
paragrafu 20, it-tieni parti
kontra: Cristiana Muscardini
Cristiana Muscardini stqarret li l-apparat tal-vot tagħha ma ħadimx waqt il-ħin tal-vot fuq il-paragrafi 17, 20/1 u 20/2.
riżoluzzjoni (test sħiħ)
favur: Alexander Radwan, Gilles Savary, Claude Turmes
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 12.40 Ħin li fih tkompliet is-seduta: 15.00 )
IPPRESIEDA Josep BORRELL FONTELLES President
10. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta ta' qabel
Il-Minuti tas-seduta ta' qabel ġew approvati.
11. Interpretazzjoni tar-Regoli ta' Proċedura
Il-President informa lill-Parlament skond l-Artikolu 201(3) tar-Regoli ta' Proċedura dwar l-interpretazzjoni li ġejja ta' l-Artikolu 166 tar-Regoli ta' Proċedura li ngħatat mill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali li kien ġie kkonsultat dwar din id-dispożizzjoni:
«It-talba biex isir 'point of order' għandha tkun relatata mal-punt ta' l-aġenda li jkun qiegħed jiġi diskuss f'dak il-mument. Il-President jista' jieħu 'point of order' dwar kwistjonijiet differenti f'mument xieraq, eż. wara li l-punt li jkun qed jiġi diskuss ikun għadda jew qabel ma s-seduta tiġi aġġornata»
Jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni għal din l-interpretazzjoni minn grupp politiku jew minn mill-inqas 37 Membru (Artikolu 201, paragrafu 4 tar-Regoli ta' Proċedura) qabel l-adozzjoni tal-minuti tas-seduta preżenti, hi titqies li ġiet adottata. F'każ kuntrarju, jittieħed vot fuqha fil-Parlament.
12. Sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani (dibattitu)
Dikjarazzjonjiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani
Erkki Tuomioja (President fil-kariga tal-Kunsill) u Benita Ferrero-Waldner (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.
Tkellmu: Hans-Gert Poettering f'isem il-grupp PPE-DE, Martin Schulz f'isem il-grupp PSE, Graham Watson f'isem il-grupp ALDE, Daniel Cohn-Bendit f'isem il-grupp Verts/ALE, Francis Wurtz f'isem il-grupp GUE/NGL, Cristiana Muscardini f'isem il-grupp UEN, u Bastiaan Belder f'isem il-grupp IND/DEM.
IPPRESIEDA Janusz ONYSZKIEWICZ Viċi President
Tkellmu: Gianni De Michelis Membru mhux affiljat, Ville Itälä, Pasqualina Napoletano, Philippe Morillon, David Hammerstein Mintz, Miguel Portas, Brian Crowley, Paul Marie Coûteaux, Bruno Gollnisch, João de Deus Pinheiro, Hannes Swoboda, Alexander Lambsdorff, Caroline Lucas, Adamos Adamou, Ģirts Valdis Kristovskis, Gerard Batten, Mario Borghezio, Elmar Brok, Véronique De Keyser, Frédérique Ries, Johannes Voggenhuber, Vittorio Agnoletto, Hélène Goudin, James Hugh Allister, Tokia Saïfi, Carlos Carnero González, Elizabeth Lynne, Angelika Beer, Bogdan Klich, Jo Leinen, Ignasi Guardans Cambó, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Béatrice Patrie, Sajjad Karim, Vito Bonsignore, Genowefa Grabowska, Vittorio Prodi u Charles Tannock.
IPPRESIEDA Manuel António dos SANTOS Viċi President
Tkellmu: Richard Howitt, Cecilia Malmström, Antonio Tajani, Panagiotis Beglitis, Ioannis Kasoulides, Pierre Schapira, Jana Hybášková, Proinsias De Rossa, Simon Coveney, Libor Rouček, Patrick Gaubert, Edith Mastenbroek, Zbigniew Zaleski, Jamila Madeira, Vytautas Landsbergis u Antonio Tajani li kompla l-intervent preċedenti tiegħu, Geoffrey Van Orden, Bogusław Sonik, Erkki Tuomioja, Paula Lehtomäki (President fil-kariga tal-Kunsill) u Benita Ferrero-Waldner.
Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni biex jiġi konkluż id-dibattitu skond l-Artikolu 103 (2) tar-Regoli ta' Proċedura:
- Daniel Cohn-Bendit u Monica Frassoni f'isem il-grupp Verts/ALE, dwar is-sitwazzjoni fil-Libanu (B6-0469/2006);
- Pasqualina Napoletano, Hannes Swoboda u Véronique De Keyser f'isem il-grupp PSE, dwar il-Lvant Nofsani (B6-0472/2006);
- Francis Wurtz f'isem il-grupp GUE/NGL, dwar il-Lvant Nofsani (B6-0477/2006);
- Philippe Morillon f'isem il-grupp ALDE, dwar is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani (B6-0481/2006);
- João de Deus Pinheiro, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Elmar Brok, Charles Tannock, Tokia Saïfi, Bogusław Sonik u Rodi Kratsa-Tsagaropoulou f'isem il-grupp PPE-DE, dwar is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani (B6-0486/2006);
- Cristiana Muscardini, Konrad Szymański, Inese Vaidere, Roberta Angelilli u Ģirts Valdis Kristovskis f'isem il-grupp UEN, dwar il-kriżi fil-Lvant Nofsani (B6-0487/2006).
13. Ħin tal-mistoqsijiet (mistoqsijiet għall-Kunsill)
Il-Parlament eżamina numru ta' mistoqsijiet lill-Kunsill (B6-0325/2006).
Mistoqsija 1 (Claude Moraes): Direttivi.
Paula Lehtomäki (President fil-kariga tal-Kunsill) wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Claude Moraes, Philip Bushill-Matthews u Paul Rübig.
Mistoqsija 2 (Marie Panayotopoulos-Cassiotou): Implimentazzjoni ta' l-objettivi tal-Patt Ewropew għaż-żgħożija.
Paula Lehtomäki wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Marie Panayotopoulos-Cassiotou.
Mistoqsija 3 (Manuel Medina Ortega): Immigrazzjoni klandestina:miżuri tal-Kunsill Ewropew ta' Ġunju 2006.
Paula Lehtomäki wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Manuel Medina Ortega, Sarah Ludford u Paul Rübig.
Mistoqsija 4 (Elizabeth Lynne): Trattament ħażin ta' persuni anzjani.
Paula Lehtomäki wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Elizabeth Lynne, Andreas Mölzer u Lambert van Nistelrooij.
Mistoqsija 5 (Roberta Angelilli): Talba ta' kollaborazzjoni ġudizzjarja ma' l-Istati Uniti.
Paula Lehtomäki wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Roberta Angelilli u David Martin.
Mistoqsija 6 (Bernd Posselt): L-istat ta' dritt fir-Russja.
Paula Lehtomäki wieġeb għall-mistoqsijiet kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Bernd Posselt, Milan Horáček, Richard Seeber u Laima Liucija Andrikienė.
Mistoqsija 8 (Marian Harkin): Riċerka dwar iċ-ċelluli staminali.
Paula Lehtomäki wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Marian Harkin u John Purvis.
Mistoqsija 9 (Johan Van Hecke): Għeluq tal-ħabs ta' Guantanamo.
Paula Lehtomäki wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Johan Van Hecke, Elizabeth Lynne u Sarah Ludford.
Mistoqsija 10 (Sarah Ludford): Qafas ta' deċiżjoni dwar ir-razzismu u l-ksenofobija.
Paula Lehtomäki wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Sarah Ludford u David Martin.
Paula Lehtomäki wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Inger Segelström.
Mistoqsija 12 (Robert Evans): Tkabbir ġdid ta' l-Unjoni Ewropea.
Paula Lehtomäki wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Robert Evans.
Mistoqsija 13 (Brian Crowley): Il-ġlieda kontra t-terroriżmu internazzjonali.
Paula Lehtomäki wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Brian Crowley, James Hugh Allister u John Purvis.
Il-mistoqsijiet 14, 15 u 16 waqgħu għax l-awturi ma kinux preżenti.
Il-mistoqsija 17 ġiet irtirata.
Il-mistoqsija 18 skadiet minħabba li l-awtur tagħha ma kienx preżenti.
Mistoqsija 19 (Esko Seppänen): Dwar il-bidla tal-gwardja tal-forzi armati.
Paula Lehtomäki wieġeb għall-mistoqsijiet kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Esko Seppänen u Brian Crowley.
Il-mistoqsijiet minn 20 sa 38 se jingħataw tweġiba bil-miktub.
Il-mistoqsijiet li ma kinux twieġbu minħabba nuqqas ta' ħin se jingħataw tweġibiet bil-miktub aktar 'il quddiem (ara l-Anness tar-Rapporti Verbatim tad-Dibattiti)
Il-ħin tal-mistoqsijiet imħolli għall-Kunsill intemm.
(Is-seduta, ġiet sospiża fis-19.30, u tkompliet 21.00.)
IPPRESIEDA Alejo VIDAL-QUADRAS Viċi President
14. Relazzjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina (dibattitu)
Rapport dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u ċ-Ċina [2005/2161(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Bastiaan Belder (A6-0257/2006)
Il-President għarraf li l-Presidenza kienet irċiviet talba mill-Grupp PSE, fuq il-bażi ta' l-Artikolu 168 tar-Regoli ta' Proċedura, sabiex ir-rapport Bastiaan Belder jintbagħat lura lill-kumitat.
Tkellmu: Alexandra Dobolyi f'isem il-grupp PSE, li għamel it-talba.
Tkellmu: dwar din it-talba Véronique De Keyser u Antonio Tajani
Tkellmu: Karsten Friedrich Hoppenstedt (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ECON), Antonio Tajani f'isem il-grupp PPE-DE, Glyn Ford f'isem il-grupp PSE, Cecilia Malmström f'isem il-grupp ALDE, Raül Romeva i Rueda f'isem il-grupp Verts/ALE, Willy Meyer Pleite f'isem il-grupp GUE/NGL, Ģirts Valdis Kristovskis f'isem il-grupp UEN, Gerard Batten f'isem il-grupp IND/DEM, Paweł Bartłomiej Piskorski Membru mhux affiljat, Georg Jarzembowski, Alexandra Dobolyi, Dirk Sterckx, Caroline Lucas, Jiří Maštálka, Roberta Angelilli, Bogusław Rogalski, Mario Borghezio, Simon Coveney, Katerina Batzeli, Marco Cappato, Eva Lichtenberger, Zbigniew Krzysztof Kuźmiuk, Bastiaan Belder, Elmar Brok (President tal-Kumitat AFET ), Libor Rouček, Alexander Lambsdorff, Milan Horáček, Charles Tannock, Joan Calabuig Rull, Danutė Budreikaitė, Thomas Mann, Ana Maria Gomes, Tokia Saïfi, Józef Pinior, Tunne Kelam, Paul Rübig, Elmar Brok u Benita Ferrero-Waldner.
15. Ittikkettar ekoloġiku għal prodotti tal-ħut (dibattitu)
Rapport dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar "It-tnedija ta' dibattitu dwar approċċ komunitarju rigward is-sistemi ta' l-ittikkettar tal-prodotti tas-sajd" [2005/2189(INI)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Carmen Fraga Estévez (A6-0219/2006)
Carmen Fraga Estévez ippreżentat ir-rapport.
Tkellem Joe Borg (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmu: Frédérique Ries (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ENVI), Iles Braghetto f'isem il-grupp PPE-DE, Rosa Miguélez Ramos f'isem il-grupp PSE, Elspeth Attwooll f'isem il-grupp ALDE, Carl Schlyter f'isem il-grupp Verts/ALE, Pedro Guerreiro f'isem il-grupp GUE/NGL, James Hugh Allister Membru mhux affiljat, Duarte Freitas, Stavros Arnaoutakis, Albert Jan Maat, Paulo Casaca, Ioannis Gklavakis, Zdzisław Kazimierz Chmielewski, James Nicholson u Joe Borg
16. L-adeżjoni tal-KE għall-Konferenza dwar il-liġi internazzjonali privata ta' The Hague *** - Il-parteċipazzjoni tal-Parlament Ewropew fil-ħidma tal-Konferenza ta' The Hague wara l-adeżjoni tal-Komunita' (dibattitu)
Rakkomandazzjoni dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Komunita' Ewropea għall-Konferenza dwar il-liġi internazzjonali privata ta' The Hague [07591/2006 - C6-0138/2006 - 2005/0251(AVC)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Diana Wallis (A6-0250/2006)
Mistoqsija orali (O-0076/2006) mressqa minn Giuseppe Gargani, f'isem il-Kumitat JURI, lill-Kummissjoni: Il-parteċipazzjoni tal-Parlament Ewropew fix-xogħol tal-Konferenza ta' The Hague wara l-adeżjoni tal-Komunità (B6-0324/2006)
Diana Wallis ippreżentat ir-rakkomandazzjoni.
Tkellem Franco Frattini (Viċi President tal-Kummissjoni).
Tkellmu: Jean-Paul Gauzès f'isem il-grupp PPE-DE, Manuel Medina Ortega f'isem il-grupp PSE, Ignasi Guardans Cambó f'isem il-grupp ALDE, Daniel Strož f'isem il-grupp GUE/NGL, u Andrzej Jan Szejna
Mozzjoni għal riżoluzzjoni ppreżentata, skond l-Artikolu 108 (5), tar-Regoli ta' Proċedura, fl-aħħar tad-dibattitu.
- Giuseppe Gargani, f'isem il-Kumitat JURI, dwar l-involviment tal-Parlament Ewropew fix-xogħol tal-Konferenza ta' The Hague wara l-adeżjoni tal-Komunità (B6-0459/2006).