Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 26 ta' Settembru 2006 - Strasburgu

9. Korrezzjonijiet u intenzjonijiet għall-vot

Il-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet għall-vot jidhru fil-websajt "Séance en direct" "Résultats des votes (appels nominaux) / Results of votes (roll-call votes)" u fil-verżjoni stampata ta' l-anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet b'sejħa ta' l-Ismijiet".

Il-verżjoni elettronika fuq il-Europarl tiġi aġġornata regolarment sa ta' l-anqas ġimagħtejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.

Wara li tgħaddi din l-iskadenza l-korrezzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali.

°
° ° °

Rapport Manolis Mavrommatis - A6-0264/2006:

Hans-Gert Poettering iddikjara li l-post tiegħu tal-votazzjoni ma ħadimx fil-mument tal-votazzjoni dwar dan ir-rapport.

Rapport Manolis Mavrommatis - A6-0264/2006 u Rapport Christopher Beazley - A6-0267/2006:

Reinhard Rack għarraf li ma setax jipparteċipa fil-votazzjonijiet dwar dawn iż-żewġ rapporti, peress li dawn saru qabel il-ħin previst.

°
° ° °

Data tas-seduta: 06.09.2006

Rapport José Albino Silva Peneda u Proinsias De Rossa - A6-0238/2006

premessa N - l-ewwel parti

   favur: Roselyne Bachelot-Narquin

Avviż legali - Politika tal-privatezza