L-awtoritajiet Żvediżi kompetenti kienu avżaw bil-ħatra ta' Jens Holm minflok Jonas Sjöstedt bħala Membru tal-Parlament, b'seħħ mid-data 27.09.2006.
Il-Parlament ħa nota ta' dan, bi qbil ma' l-Artikolu 4(1) tar-Regoli ta' Proċedura.
Il-President fakkar fid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 3(5) tar-Regoli ta' Proċedura.
Il-Presidenza ġiet infurmata uffiċjalment mir-Rappreżentant ta' l-Estonja għall-Unjoni Ewropea, li Toomas Hendrik Ilves se jibda jaqdi dmirijietu bħala l-President tar-Repubblika nhar id-9.10.2006.
Il-Parlament ħa nota ta' dan u tal-fatt li s-siġġu tiegħu se jkun battal b'seħħ mid-9.10.2006, bi qbil ma' l-Artikolu 7(3) ta' l-Att dwar l-elezzjoni ta' rappreżentanti għall-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett u ma' l-Artikolu 4(1) tar-Regoli ta' Proċedura.