Il-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet għall-vot jidhru fil-websajt "Séance en direct" "Résultats des votes (appels nominaux) / Results of votes (roll-call votes)" u fil-verżjoni stampata ta' l-anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet b'sejħa ta' l-Ismijiet".
Il-verżjoni elettronika fuq il-Europarl tiġi aġġornata regolarment sa ta' l-anqas ġimagħtejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.
Wara li tgħaddi din l-iskadenza l-korrezzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali.
Gisela Kallenbach u David Martin iddikjaraw li ma pparteċipawx fil-votazzjoni dwar ir-Rapport Luis Manuel Capoulas Santos - A6-0271/2006, peress l-apparat għall-votazzjoni tagħhom ma kienx qed jaħdem.