Rapport dwar "Koperazzjoni akbar u iktar: il-pakkett għall-effettivita' ta' l-assistenza ta' l-UE" [2006/2208(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp. Rapporteur: Alain Hutchinson (A6-0270/2006)
Alain Hutchinson ippreżenta r-rapport.
Tkellem Charlie McCreevy (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmu: Margrietus van den Berg (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat INTA), Tokia Saïfi f'isem il-grupp PPE-DE, Miguel Angel Martínez Martínez f'isem il-grupp PSE, Gabriele Zimmer f'isem il-grupp GUE/NGL, Ryszard Czarnecki Membru mhux affiljat, Karin Scheele u Justas Vincas Paleckis.
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta sa ma sar il-ħin għall-votazzjonijiet: 11.55 Ħin li fih tkompliet is-seduta: 12.05)
IPPRESIEDA Gérard ONESTA Viċi President
Tkellmu: Emine Bozkurt, biex tavża dwar l-emails b'kontenut razzist li tagħhom sfat vittma Lívia Járóka, Doris Pack, li appoġġjat dan l-intervent, u Charles Tannock dwar id-diskors li għamel is-Sur Siniora, Prim Ministru tal-Libanu, lill-Konferenza tal-Presidenti tal-bieraħ u li wera x-xewqa tiegħu li għall-laqgħa li jmiss, il-Parlament jistieden rappreżentant ta' l-Istat ta' l-Iżrael (Il-President ħa ħsieb li jittrażmetti r-rimarki tat-tliet kelliema lill-awtoritajiet kompetenti).