Il-President avża, skond l-Artikolu 57(1) tar-Regoli ta' Proċedura, li rċieva l-pożizzjonijiet komuni li ġejjin mill-Kunsill flimkien mar-raġunijiet li wasslu sabiex jiġu adottati, u l-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar:
- Pożizzjoni Komuni adottata mill-Kunsill fil-25 ta' Settembru 2006 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għal attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013) (12032/2/2006 - C6-0318/2006 - 2005/0043(COD)) irreferut responsabbli: ITRE
- Pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill fil-25 ta' Settembru 2006 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liġi applikabbli għal obbligi mhux kuntrattwali (''RUMA II'') (09751/7/2006 - C6-0317/2006 - 2003/0168(COD)) irreferut responsabbli: JURI
- Pożizzjoni Komuni adottata mill-Kunsill fil-25 ta' Settembru 2006 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-programm "Ewropa għaċ-Ċittadini" għall-promozzjoni ta' ċittadinanza Ewropea attiva għall-perijodu 2007-2013 (09575/1/2006 - C6-0316/2006 - 2005/0041(COD)) irreferut responsabbli: CULT
- Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill adottata mill-Kunsill fit-18 ta' Settembru 2006 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (10351/1/2006 - C6-0314/2006 - 2005/0017(COD)) irreferut responsabbli: FEMM
- Pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill fit-18 ta' Settembru 2006 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-minuri u tad-dinjità tal-bniedem u dwar id-dritt ta’ tweġiba fir-rigward tal-kompetittività ta’ l-industrija Ewropea tas-servizzi awdjoviżivi u ta’ l-informazzjoni online (09577/1/2006 - C6-0313/2006 - 2004/0117(COD)) irreferut responsabbli: CULT
- Pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill fit-18 ta' Settembru 2006 bil-għan li tiġi adottata Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liċenzji tas-sewqan (Formulazzjoni ġdida) (09010/1/2006 - C6-0312/2006 - 2003/0252(COD)) irreferut responsabbli: TRAN
- Pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill fl-24 ta' Lulju, 2006, bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-Drittijiet u l-obbligi tal-Passiġġieri Internazzjonali tal-Ferroviji (05892/1/2006 - C6-0311/2006 - 2004/0049(COD)) irreferut responsabbli: TRAN
- Pożizzjoni Komuni addotta mill-Kunsill fl-14 ta' Settembru 2006 bil-ħsieb li tiġi adottata Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iċ-ċertifikazzjoni ta' sewwieqa tal-ferroviji li joperaw lokomotivi u ferroviji fuq is-sistema ferrovjarja fil-Komunità (05893/5/2006 - C6-0310/2006 - 2004/0048(COD)) irreferut responsabbli: TRAN
- Posizzjoni Komuni adottata mill-Kunsill fl-24 ta' Lulju 2006 bil-ħsieb li tiġi adottata d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 91/440/KEE tal-Kunsill dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunita' u d-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji (05895/2/2006 - C6-0309/2006 - 2004/0047(COD)) irreferut responsabbli: TRAN
Il-perjodu ta' tliet xhur għad-dispożizzjoni tal-Parlament sabiex jadotta l-pożizzjoni tiegħu kellu jibda għalhekk mill-għada, 29.09.2006.