Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
Il-Ħamis, 28 ta' Settembru 2006 - Strasburgu

11. Aġenda tas-sessjoni parzjali li jmiss

Waqt il-laqgħa tagħha tat-28.09.2006, il-Konferenza tal-Presidenti ddeċidiet li tipproponi l-modifiki li ġejjin għall-aġenda tas-seduti tal-11 u t-12.10.2006.

- Ir-rapporti Geoffrey Van Orden u Pierre Moscovici dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija tneħħew mill-aġenda u tmexxew għall-perjodu ta' sessjoni ta' Novembru I.

- F'posthom iddaħħlu d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar it-Transnistrija u l-Ossetja t'Isfel.

L-iskadenzi għall-preżentazzjoni ġew stabbiliti kif ġej:

   Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni: l-Erbgħa 18.10.2006 fis-18.00,

   emendi u mozzjonijiet għal riżoluzzjoni konġunti: It-Tnejn 23.10.2006 fis-19.00,

   votazzjoni: l-Erbgħa 25.10.2006

- Infetaħ it-tressiq ta' emendi għar-rapport Daniel Varela Suanzes-Carpegna : dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali ta' l-UE mal-Mercosur bil-għan li jintlaħaq ftehim interreġjonali ta' assoċjazzjoni (A6-0302/2006).

Skadenzi għat-tressiq: l-Erbgħa 4.10.2006 f'12.00

- Il-votazzjoni dwar il- mozzjoni għal riżoluzzjoni li se titressaq mill-Kumitat LIBE bħala konklużjoni tad-dibattitu dwar iz-zona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (punt 3 tal- Minuti ta' 27.10.2006), iddaħlet f'Ottubru II.

L-iskadenza għat-tressiq ittawlu kif ġej:

   mozzjoni għal riżoluzzjoni: It-Tnejn 9.10.2006 f'12.00,

   emendi: l-Erbgħa 18.10.2006 fis-18.00

Il-Parlament approva t-tibdiliet

L-aġenda b'hekk ġiet modifikata.

Avviż legali - Politika tal-privatezza