Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Azzjonijiet futuri fil-qasam tal-privattivi
Charlie McCreevy (Membru tal-Kummissjoni) għamel dikjarazzjoni.
Tkellmu: Klaus-Heiner Lehne f'isem il-grupp PPE-DE, Michel Rocard f'isem il-grupp PSE, Sharon Bowles f'isem il-grupp ALDE, Raül Romeva i Rueda f'isem il-grupp Verts/ALE, Thomas Wise f'isem il-grupp IND/DEM, Barbara Kudrycka, Manuel Medina Ortega, Toine Manders u Charlie McCreevy.
Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni biex jiġi konkluż id-dibattitu skond l-Artikolu 103 (2) tar-Regoli ta' Proċedura:
L-iskadenza għat-tressiq ġiet stabbilita nhar It-Tnejn 9.10.2006 f'12.00.
Tkellem Bernd Posselt, li pprotesta kontra l-fatt li l-ebda dibattitu dwar każijiet ta' vjolazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem ma ddaħħal fl-aġenda ta' wara nofsinhar (Il-President wieġbu li se jgħaddi r-rimarki tiegħu lill-Konferenza tal-Presidenti).