Il-President għamel dikjarazzjoni fl-okkażjoni tal-qtil, fis-7 ta' Ottubru 2006 f'Moska, tal-ġurnalista Russa Anna Politkovskaïa. Huwa indika li stieden l-awtoritajiet Russi biex jagħmlu dak kollu possibbli biex jiskopru min hu responsabbli minn dan il-qtil u ttrażmeta l-kondoljanzi ta' l-istituzzjoni għal familja u l-qraba tas-Sinjura Politkovskaïa. Huwa ppreċiża li s'issa, madwar id-dinja inqatlu 63 ġurnalist mill-bidu tas-sena u li 120 jinsabu l-ħabs.