Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 11 ta' Ottubru 2006 - Brussell

6. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti msemmija hawn taħt

1) mill-kumitati parlamentari

- * Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehima bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Bulgarija dwar il-parteċipazzjoni tal-Bulgarija fil-ħidma taċ-Ċentru Ewropew għall-Immonitorjar tad-Drogi u l-Vizzju tad-Drogi (COM(2006)0255 - C6-0322/2006 - 2006/0095(CNS)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Jean-Marie Cavada (A6-0328/2006)

- * Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehima bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tat-Turkija dwar il-parteċipazzjoni tat-Turkija fil-ħidma taċ-Ċentru Ewropew għall-Immonitorjar tad-Drogi u l-Vizzju tad-Drogi (COM(2006)0257 - C6-0320/2006 - 2006/0089(CNS)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Jean-Marie Cavada (A6-0327/2006)

- * Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Rumanija dwar il-parteċipazzjoni tar-Rumanija fix-xogħol taċ-Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza mid-Droga (COM(2006)0256 - C6-0321/2006 - 2006/0087(CNS)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Jean-Marie Cavada (A6-0326/2006)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-perjodu ta' protezzjoni ta' drittijiet ta' l-awtur u ċerti drittijiet relatati (Verżjoni kkodifikata) (COM(2006)0219 - C6-0160/2006 - 2006/0071(COD)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Diana Wallis (A6-0323/2006)

- * Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar il-kontroll tal-Parassita ta' San José (San José Scale) (Verżjoni kkodifikata) (COM(2006)0123 - C6-0136/2006 - 2006/0040(CNS)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Diana Wallis (A6-0322/2006)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dritt ta' kiri u dritt ta' self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet ta' l-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (Verżjoni kkodifikata) (COM(2006)0226 - C6-0162/2006 - 2006/0073(COD)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Diana Wallis (A6-0321/2006)

- * Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar glukożju u lattożju (Verżjoni Kodifikata) (COM(2006)0116 - C6-0135/2006 - 2006/0038(CNS)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Diana Wallis (A6-0320/2006)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar reklamar qarrieqi u komparattiv (verżjoni kkodifikata) (COM(2006)0222 - C6-0161/2006 - 2006/0070(COD)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Diana Wallis (A6-0318/2006)

- * Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar it-twaqqif ta' strutturi għall-immaniġġjar tal-programmi Ewropej għar-radju-navigazzjoni bis-satelliti (COM(2006)0261 - C6-0201/2006 - 2006/0090(CNS)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Giles Chichester (A6-0314/2006)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità meħtieġa għall-ilmijiet tal-koltivazzjoni tal-molluski (Verżjoni kkodifikata) (COM(2006)0205 - C6-0152/2006 - 2006/0067(COD)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Diana Wallis (A6-0313/2006)

- * Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jintroduċi, fl-okkazzjoni ta' l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, miżuri temporanji speċjali għar-reklutaġġ ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (COM(2006)0271 - C6-0221/2006 - 2006/0091(CNS)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Giuseppe Gargani (A6-0312/2006)

- * Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jwaqqaf Aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (COM(2005)0280 [[01]] - C6-0288/2005 - 2005/0124(CNS)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Kinga Gál (A6-0306/2006)

- * Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill (Euratom) li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta' intrapriżi, ċentri tar-riċerka u universitajiet f'azzjonijiet skond is-Seba' Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u għat-tixrid ta' riżultati tar-riċerka (2007-2011) (COM(2006)0042 - C6-0080/2006 - 2006/0014(CNS)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Anne Laperrouze (A6-0305/2006)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta' intrapriżi, ċentri tar-riċerka u universitajiet f'azzjonijiet fi ħdan is-Seba' Programm ta' Qafas u għat-tixrid tar-riżultati tar-riċerka (2007-2013) (COM(2005)0705 - C6-0005/2006 - 2005/0277(COD)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Philippe Busquin (A6-0304/2006)

- Rapport dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali bejn l-UE u l-MERCOSUR għall-konklużjoni ta' Ftehima ta' Assoċjazzjoni Interreġjonali (2006/2035(INI)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Daniel Varela Suanzes-Carpegna (A6-0302/2006)

- Rapport dwar il-promozzjoni ta' trasport fl-ilmijiet navigabbli interni: NAIADES, Programm ta' Azzjoni Ewropew integrat għat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni (2006/2085(INI)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Corien Wortmann-Kool (A6-0299/2006)

- * Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Maldivi dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru (COM(2006)0095 - C6-0250/2006 - 2006/0027(CNS)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Paolo Costa (A6-0297/2006)

- * Rapport dwar il-proposta ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Orjentali ta' l-Urugwaj dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru (COM(2006)0064 - C6-0249/2006 - 2006/0016(CNS)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Paolo Costa (A6-0296/2006)

- * Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika ta' Singapor dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru (COM(2005)0513 - C6-0165/2006 - 2005/0208(CNS)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Paolo Costa (A6-0295/2006)

- * Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u n-New Zealand dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru. (COM(2005)0267 - C6-0226/2005 - 2005/0113(CNS)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Paolo Costa (A6-0294/2006)

- * Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta' l-Awstralja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru (COM(2005)0264 - C6-0224/2005 - 2005/0112(CNS)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Paolo Costa (A6-0293/2006)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Komunità għar-Regolament Nru 107 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta' vetturi tal-kategoriji M2 jew M3 fir-rigward il-mod ġenerali ta' kif jinbnew (07884/1/2006 - C6-0198/2006 - 2005/0250(AVC)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Enrique Barón Crespo (A6-0292/2006)

- * Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-provvediment ta' għajnuna Komunitarja eċċezzjonali lill-Kosovo (COM(2006)0207 - C6-0171/2006 - 2006/0068(CNS)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Erika Mann (A6-0291/2006)

- Rapport dwar Pjan ta' Azzjoni Komunitarja dwar il-Protezzjoni u l-Benesseri ta' l-Annimali 2006-2010 (2006/2046(INI)) - Kumitat AGRI - Rapporteur: Elisabeth Jeggle (A6-0290/2006)

- * Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi mekkaniżmu Komunitarju tal-protezzjoni ċivili (imfassla mill-ġdid) (COM(2006)0029 - C6-0076/2006 - 2006/0009(CNS)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Dimitrios Papadimoulis (A6-0286/2006)

- * Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2667/2000 dwar l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (COM(2006)0162 - C6-0170/2006 - 2006/0057(CNS)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Jelko Kacin (A6-0285/2006)

- * Rapport dwar l-inizjattiva tar-Repubblika ta' l-Awstrija bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Att tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal ta' l-Europol (05428/2006 - C6-0073/2006 - 2006/0804(CNS)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Claude Moraes (A6-0279/2006)

- * Rapport fuq l-inizjattiva tar-Repubblika ta' l-Awstrija għall-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kunsill li tadatta s-salarji bażiċi u allowances applikabbli għal persunal ta' Europol (05417/2006 - C6-0072/2006 - 2006/0803(CNS)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Claude Moraes (A6-0278/2006)

2) mill-Membri

2.1) mistoqsijiet orali (Artikolu 108 tar-Regoli ta' Proċedura)

-Mistoqsija orali (O-0098/2006) imressqa minn Jan Andersson u Karin Jöns, f'isem il-Kumitat EMPL, lill-Kummissjoni: Integrazzjoni mill-ġdid tal-pazjenti bil-kanċer tas-sider fis-suq tax-xogħol u l-użu tal-fondi soċjali għal taħriġ kontinwu ta' professjonisti tas-saħħa fil-qasam tal-kanċer tas-sider (B6-0433/2006)

- Mistoqsija orali (O-0101/2006) mressqa minn Karl-Heinz Florenz u Karin Jöns, f'isem il-Kumitat ENVI lill-Kummissjoni: Osservazzjoni minn kmieni u trattament tal-kanċer tas-sider f'Unjoni Ewropea mkabbra (B6-0434/2006)

- Mistoqsija orali (O-0085/2006) mressqa minn Joseph Daul u Janusz Wojciechowski, f'isem il-Kumitat AGRI, lill-Kummissjoni: Is-sitwazzjoni tas-settur tal-frott żgħir u taċ-ċirasa li huma maħsuba għall-ipproċessar (B6-0435/2006)

2.2) dikjarazzjonijiet bil-miktub biex jiddaħħlu fir-Reġistru (Artikolu 116 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Aldo Patriciello, dwar it-tneħħija tan-numerus clausus mill-fakutajiet universitarji (0069/2006);

- Alessandra Mussolini u Carlo Casini, dwar il-qtil bl-armi ta' tliet Kattoliċi fl-Indoneżja (0070/2006);

- Luca Romagnoli, dwar il-kritika u t-theddid indirizzati lejn is-Santità tiegħu l-Papa Benedettu XVI u dwar l-attentati espliċiti, mingħajr l-esklużjoni tal-vjolenza, biex tkun imxekkla l-libertà ta' l-espressjoni u tal-ħsieb fl-Unjoni Ewropea (0071/2006);

- Kinga Gál, Barbara Kudrycka, Zita Pleštinská u Peter Šťastný, dwar il-postponiment possibbli ta' l-inkorporazzjoni ta' l-Istati Membri l-ġodda fiz-zona ta' Schengen (0072/2006)

Avviż legali - Politika tal-privatezza