Cecilia Malmström ħabbret li hija nħatret bħala Ministru għall-Affarijiet Ewropej fi ħdan il-gvern Svediż mis- 06.10.2006.
Billi, skond l-Artikolu 7(1) ta' l-Att dwar l-elezzjoni tar-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew b'votazzjoni universali diretta, din il-kariga m'hijiex kompatibbli mal-kariga ta' Membru tal-Parlament Ewropew, il-Parlament stabbilixxa, skond l-Artikolu 4(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li s-siġġu jitqies battal mid-data 06.10.2006 u informa b'dan lill-Istat Membru kkonċernat.
L-awtoritajiet Estonjani kompetenti kienu avżaw bil-ħatra ta' Katrin Saks minflok Toomas Hendrik Ilves bħala Membru tal-Parlament, b'seħħ mid-data 09.10.2006.
Bi qbil ma' l-Artikolu 4, paragrafu 1, tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, il-Parlament ħa nota ta' din il-ħatra.
Il-President semma' d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 3, paragrafu 5, tar-Regoli ta' Proċedura.
Osservaturi:
Monica Octavia Muscă ressqet, fl-l0.10.2006, ir-riżenja tagħha bħala osservatur fil-Parlament Ewropew maħtura mill-Kamra tad-Deputati tar-Rumanija.
Bi qbil mar-regoli stipulati mill-Bureau, il-Parlament għandu jinforma lill-awtoritajiet Rumeni kkonċernati.