Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 11 ta' Ottubru 2006 - Brussell

11. Aġenda
Rapporti Verbatim

L-ordni tas-seduta ġie stabbilit ( punt 11 tal- Minuti ta' 25.09.2006 ) u tqassam corrigendum għall-aġenda (PE 378.364/OJ/COR).

Tkellem Hannes Swoboda f'isem il-grupp PSE, li esprima d-diżappunt tiegħu dwar il-fatt li l-Kunsill ma setax ikun preżenti il-ħin kollu, u dan fisser il-postponiment ta' bosta punti ta' l-aġenda. Wara huwa talab biex il-Kunsill jintalab ikun aktar preżenti fil-Kamra.

Modifiki proposti:

- talba tal-grupp Vert/ALE biex:

1. jinbidel it-titolu tal-Punt 48 ta' l-aġenda: 'Stqarrijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar is-samit informali f'Lahti u r-relazzjonijiet UE-Russja wara l-qtil tal-ġurnalista Anna Politkovskaïa'

2. id-dibattitu jingħalaq bil-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni.

Tkellem Hannes Swoboda f'isem il-grupp PSE, li talab biex il-Kamra tkun tista' tivvota dwar iż-żewġ partijiet tat-talba b'mod separat.

Il-Parlament adotta l-ewwel parti tat-talba.

Tkellmu: Daniel Cohn-Bendit f'isem il-grupp Verts/ALE, Reinhard Rack, Hans-Gert Poettering f'isem il-grupp PPE-DE, li pproponew li l-votazzjonijiet dwar il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni jittieħdu waqt is-seduta parzjali li jmiss, Tunne Kelam u Jacek Emil Saryusz-Wolski, talbu biex il-President jitkellem dwar it-tieni parti tat-talba (Il-President wieġeb li huwa ma nnota ebda oġġezzjoni għall-proposta ta' Hans-Gert Poettering minn naħa ta' l-Assemblea).

Hekk l-aġenda ġiet iffinalizzata.

Avviż legali - Politika tal-privatezza