Il-President fakkar li l-Parlament Ewropew adotta, fil-15.6.2006 (punt 9.5 tal- Minuti ta' 15.06.2006), riżoluzzjoni leġiżlattiva li fija jiddikjara li huwa favur l-adozzjoni ta' l-ewro mis-Slovenja mill-1.1.2007. Huwa indika li jridu jkunu ċċarati ċerti arranġamenti tekniċi mar-regolament. Fl-istess waqt it-Trattat ma jistipulax konsultazzjoni tal-Parlament, u tal-Kunsill u lanqas ma jipprovdi għal talba għal opinjoni dwar il-kwistjoni.
Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji ma jemminx li kien hemm il-ħtieġa biex il-Parlament jadotta riżoluzzjoni ġdida.Pervenche Berès, Chairman ta' dan il-kumitat, kiteb liċ-Chairman tal-Kunsill ta' l-ECOFIN, u infurmah bl-opinjoni favorevoli tal-Kumitat ECON fir-rigward ta' l-aġġustamenti tekniċi li jridu jitwettqu.
Il-Presidentstabbilixxa li ma kien hemm ebda oġġezzjoni għall-proċedura u għalhekk il-Parlament adotta l-opinjoni.