Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 25 ta' Ottubru 2006 - Strasburgu

14. Ħin tal-mistoqsijiet (mistoqsijiet għall-Kunsill)
CRE

Il-Parlament eżamina numru ta' mistoqsijiet lill-Kunsill (B6-0437/2006).

Il-President fakkret li l-ħin tal-mistoqsijiet se jintemm fis-19.00.

Mistoqsija 1 (Marie Panayotopoulos-Cassiotou): Forniment ta' servizzi u ċaqliq ħieles ta' familji bit-tfal.

Paula Lehtomäki (President fil-kariga tal-Kunsill) wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Marie Panayotopoulos-Cassiotou u Jörg Leichtfried.

Mistoqsija 2 (Manuel Medina Ortega): Tisħiħ ta' l-Aġenzija Frontex.

Paula Lehtomäki wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Manuel Medina Ortega, Hubert Pirker u Sarah Ludford.

Mistoqsija 3 (Sarah Ludford): Skambju ta' informazzjoni dwar dawk ikkundannati għall-pedofilija.

Paula Lehtomäki wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Sarah Ludford, Manuel António dos Santos u Jim Allister.

Il-mistoqsija 4 skadiet minħabba li l-awtur tagħha ma kienx preżenti.

Mistoqsija 5 (Liam Aylward): Settur tat-trasport bl-ajru.

Paula Lehtomäki wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Liam Aylward, Danutė Budreikaitė u Jörg Leichtfried.

Mistoqsija 6 (Seán Ó Neachtain): Status ta' l-Irlandiż.

Paula Lehtomäki wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Seán Ó Neachtain u Justas Vincas Paleckis.

Mistoqsija 7 (Johan Van Hecke): Tisħiħ taċ-ċensura ta' l-istampa fiċ-Ċina.

Paula Lehtomäki wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Johan Van Hecke.

Mistoqsija 8 (Brian Crowley): L-Aġenziji għad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea.

Paula Lehtomäki wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Brian Crowley u Richard Corbett.

Mistoqsija 9 (Eoin Ryan): Relazzjonijiet bejn l-UE u l-Iran.

Paula Lehtomäki wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Eoin Ryan.

Mistoqsija 10 (Sajjad Karim): Faċilitazzjoni ta' l-iskambji kummerċjali mill-Unjoni Ewropea biex titrawwem kunfidenza bejn l-Indja u l-Pakistan.

Paula Lehtomäki wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Sajjad Karim u Justas Vincas Paleckis.

Mistoqsija 11 (Jacek Protasiewicz): Kampijiet tax-xogħol u vjolazzjonijiet tad-dritt tax-xogħol.

Paula Lehtomäki wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Jacek Protasiewicz u Danutė Budreikaitė.

Tkellem Bernd Posselt li ddeplora l-fatt li l-Ħin tal-Mistoqsijiet tqassar b'nofsiegħa u talab li l-Kunsill jibqa' sas-19.30 (Il-President fakkritu li ttieħdet deċiżjoni dwar il-kwistjoni (punt 13 tal- Minuti ta' 23.10.2006) u spjegat li hi ukoll tixtieq li fil-ġejjieni l-ħin mogħti għall-ħin tal-mistoqsijiet jiġi rispettat).

Il-mistoqsijiet li ma kinux twieġbu minħabba nuqqas ta' ħin se jingħataw tweġibiet bil-miktub aktar 'il quddiem (ara l-Anness tar-Rapporti Verbatim tad-Dibattiti)

Il-ħin tal-mistoqsijiet imħolli għall-Kunsill intemm.

Avviż legali - Politika tal-privatezza