Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 11 ta' Diċembru 2006 - Strasburgu

5. Iffirmar ta' l-atti adottati b'kodeċiżjoni.

Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill u bi qbil mar-Regola 68 tar-Regoli ta' Proċedura, it-Tlieta se jiffirma l-atti li ġejjin, li kienu adottati bil-kodeċiżjoni:

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar servizzi fis-suq intern (3667/1/2006 - C6-0462/2006 – 2004/0001(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' l-ilma ta' taħt l-art kontra t-tniġġis u d-deterjorament (3658/4/2006 - C6-0454/2006 - 2003/0210(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prodotti mediċinali għal użu pedjatriku u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1768/92, Direttiva 2001/20/KE, Direttiva 2001/83/KE u Regolament (KE) Nru 726/2004 (3623/6/2006 - C6-0446/2006 – 2004/0217(COD))

- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi għall-perjodu 2007-2013 l-programm 'l-Ewropa għaċ-ċittadini' biex tippromwovi ċ-ċittadinanza Ewropea attiva (3657/1/2006 - C6-0456/2006 – 2005/0041(COD))

- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Programm Kultura (2007-2013) (2007-2013) (3656/1/2006 - C6-0455/2006 – 2004/0150(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi rekwiżiti tekniċi għal bastimenti f'ilmijiet navigabbli interni u r-rifjut tad-Direttiva tal-Kunsill 82/714/KEE (3629/1/2006 - C6-0448/2006 – 1997/0335(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti tekniċi u tal-proċeduri amministrattivi fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili (3632/1/2006 - C6-0447/2006- 2000/0069(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li joħloq sistema Ewropea għal proċedura ta' pagament (3659/2/2006 C6-0463/2006 – 2004/0055(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda għat-30 darba d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri rigward restrizzjonijiet dwar il-kumerċjalizzar u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparamenti perikolużi (sulfonat ta' perfluorooctane) (3660/1/2006 - C6-0458/2006 – 2005/0244(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iċ-Ċentru Ewropew ta' Mmonitorjar tad-Drogi u tal-Vizzju tad-Droga (tfassil mill-ġdid) (3648/1/2006 - C6-0449/2006 - 2005/0166(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regolament ta' l-operat ta' ajruplani kopert b'Parti II, Kapitolu 3, Volum 1 ta' l-Anness 16 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, it-tieni edizzjoni (1998) (verżjoni kodifikata) (3635/3/2006 - C6-0452/2006 – 2003/0207(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' regoli komuni għal ċertu tip ta' ġarr ta' prodotti fit-toroq (verżjoni kodifikata) (3637/1/2006 - C6-0453/2006 - 2004/0017(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward strumenti elettriċi mfassla għal użu f'ċerti limiti ta' vultaġġ (verżjoni kodifikata) (3638/3/2006 - C6-0461/2006 – 2003/0094(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità meħtieġa ta' ilmijiet għall-frott tal-baħar (verżjoni kodifikata) (3640/2/2006 - C6-0450/2006 - 2006/0067(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward reklamar li jqarraq u ta' paragun (verżjoni kodifikata) (3641/1/2006 - C6-0459/2006 – 2006/0070(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-terminu ta' protezzjoni ta' dritt ta' l-awtur u ta' ċerti drittijiet relatati (verżjoni kodifikata) (3643/2/2006 - C6-0460/2006 – 2006/0071(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dritt ta' kera u ta' self u dwar ċerti drittijiet rigward id-dritt ta' l-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (verżjoni kodifikata) (3642/1/2006 - C6-0451/2006 - 2006/0073(COD))

Avviż legali - Politika tal-privatezza