Talba mill-Kummissjoni biex tiġi applikata l-proċedura ta' urġenza (Artikolu 134 tar-Regoli ta' Proċedura) għal:
- ***I Proposta li temenda d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi għall-2007-2013 il-Programm speċifiku "Prevenzjoni tal-konsum tad-droga u informazzjoni lill-pubbliku" fil-qafas tal-programm ġenerali "id-Drittijiet fundamentali u l-Ġustizzja" [COM(2006)0230 — C6 0095/2005 — 2005/0037B(COD)] - Kumitat LIBE
- * Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi għall-perjodu 2007-2013 il-programm speċifiku "Id-Drittijiet Fundamentali u ċ-Ċittadinanza" fil-qafas tal-programm Ġenerali "id-Drittijiet Fundamentali u l-Ġustizzja" [COM(2005)0122 - C6-0236/2005 - 2005/0038(CNS)] Rapporteur: Inger Segelström - Kumitat LIBE
- * Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi għall-perijodu 2007-2013 il-programm speċifiku "Il-Gustizzja kriminali" fil-qafas tal-programm ġenerali "id-Drittijiet fundamentali u l-Ġustizzja [COM(2005)0122 — C6-0237/2005 — 2005/0039(CNS)] - Kumitat LIBE
- ***I Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi għall-perijodu 2007-2013 il-programm speċifiku "Il-Ġustizzja Ċivili " fil-qafas tal-programm Ġenerali "id-Drittijiet Fundamentali u l-Ġustizzja" [COM(2005)0122 - C6-0096/2005 - 2005/0040(COD)] - Kumitat LIBE
- *** I Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perjodu 2008-2013 fil-qafas tal-programm Ġenerali "Is-Solidarjetà u l-Amministrazzjoni tal-Flussi ta' Migrazzjoni" [COM(2005)0123 – C6-0124/2005 – 2005/0046(COD)]- Kumitat LIBE
- ***I Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill li tistabbilixxi Fondi għall-fruntieri esterni għall-perijodu 2007-2013 fil-qafas tal-programm Ġenerali "Is-Solidarjetà u l-Amministrazzjoni tal-Flussi ta' Migrazzjoni" [COM(2005)0123 – C6-0125/2005 – 2005/0047(COD)]- Kumitat LIBE
- * Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill bil-ħsieb li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-perjodu 2007-2013 fil-qafas tal-programm Ġenerali "Is-Solidarjetà u l-Amministrazzjoni tal-Flussi ta' Migrazzjoni" [COM(2005)0123 – C6-0238/2005 – 2005/0048(CNS)]- Kumitat LIBE
- ***I Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Ripatrijazzjonii għall-perijodu 2008-2013 fil-qafas tal-programm Ġenerali "Is-Solidarjetà u l-Amministrazzjoni tal-Flussi ta' Migrazzjoni" [COM(2005)0123 – C6-0126/2005 – 2005/0045(COD)]- Kumitat LIBE
- * Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-programm speċifiku "Prevenzjoni, tħejjija u Ġestjoni tal-Konsegwenzi tat-Terroriżmu" għall-perjodu 2007-2013: Programm Ġenerali dwar "is-Sigurtà u s-Salvagwardja tal-Libertajiet" [COM(2005)0124 – C6-0241/2005 – 2005/0034(CNS)]- Kumitat LIBE
- * dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-programm speċifiku "Prevenzjoni u ġlieda kontra l-kriminalita' għall-perjodu 2007-2013: Programm Ġenerali dwar "is-Sigurtà u s-Salvagwardja tal-Libertajiet" [COM(2005)0124 - C6-0242/2005 - 2005/0035(CNS)] - Kumitat LIBE
Tkellmu: Jean-Marie Cavada (chairman tal-Kummissjoni LIBE) et Ewa Klamt f'isem il-grupp PPE-DE.
It-talba għal proċedura ta' urġenza ġiet approvata.
Dawn il-punti se jitressqu għalll-ħin tal-votazzjoni tal-Ħamis 14.12.2006 f'nofsinhar.
L-iskadenza għat-tressiq ta' l-emendi għas-seduta plenarja ġiet stabbilita hekk: data: 13.12.2006 ħin: 10.00.