Rapport Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 89/552/KEE tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet leġislattivi, regolamenti u amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar ix-xandir televiżiv [COM(2005)0646 - C6-0443/2005 - 2005/0260(COD)] - Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni. Rapporteur: Ruth Hieronymi (A6-0399/2006)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 8)
- Ruth Hieronymi (rapporteur) għarrfet bi preċiżazzjoni dwar it-terminoloġija bil-Ġermaniż tar-rapport, intenzjonata għall-verżjonijiet bl-Ingliż u bil-Franċiż;
- Jacques Toubon insista biex jitwarrbu l-kuntradizzjonijiet tat-tip lingwistiku kollha mill-verżjonijiet differenti tat-test qabel it-trażmissjoni tal-pożissjoni tal-Parlament, lill-Kummissjonia u lill-Kunsill (Il-President wieġeb li hemm ħsieb ta' dan);
- Christopher Heaton-Harris dwar l-eliġibilità ta' l-emenda 160 (Il-President wieġeb li dan ġie vverifikat u m'hemm ebda dubju dwar dan);
- Ignasi Guardans Cambó dwar il-proċedura tal-votazzjoni.