Rapport dwar il-Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 417/2002 dwar id-dħul aċċellerat ta' ħtiġiet ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b'buq wieħed, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2978/94 [COM(2006)0111 - C6-0104/2006 - 2006/0046(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Fernand Le Rachinel (A6-0417/2006)
Tkellem Jacques Barrot (Viċi President tal-Kummissjoni).
Fernand Le Rachinel ippreżenta r-rapport.
Tkellmu: Georg Jarzembowski f'isem il-grupp PPE-DE, Willi Piecyk f'isem il-grupp PSE, Danutė Budreikaitė f'isem il-grupp ALDE, Erik Meijer f'isem il-grupp GUE/NGL, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou u Jacques Barrot.