Bejn is-18.05 u s-18.20, il-Parlament iltaqa' f'seduta solenni għall-okkażjoni li fiha ħadu l-kariga tagħhom il-Membri Bulgari u Rumeni l-ġodda.
Il-President għamel dikjarazzjoni li fiha huwa ta merħba lit-53 Membru ġdid tal-Parlament mill-Bulgarija u r-Rumanija. Bl-istess mod ta merħba lil Bogdan Olteanu, President tal-Kamra tad-Deputati Rumena, Nicolae Văcăroiu, President tas-Senat Rumen, u lil Georgi Georgiev Pirinski, President ta' l-Assemblea Nazzjonali Bulgara, li ħadu posthom fit-tribuna uffiċjali.