L-abbozz tal-minuti definittivi tas-seduti plenarji ta' Jannar I u II (PE 382.948/PDOJ) ġew distribwiti, u li għalih ġiet proposta l-modifika li ġejja (Artikolu 132 tar-Regoli tal-Proċedura):
Seduti tas-17.01.2007 u tat-18.01.2007
L-Erbgħa
- Talba tal-Kumitat ECON bil-għan li tipposponi l-mistoqsija orali ta' Pervenche Berès lill-Kummissjoni dwar it-tisħiħ tal-konverġenza tal-prattiki tal-kontroll fil-livell ta' l-UE (punt 28 tal-PDOJ) għal perjodu ta' seduta iktar tard, bil-ħsieb li tiddaħħal f'diskussjoni konġunta b'mistoqsija orali lill-Kunsill dwar l-istess suġġett.
Tkellem Pervenche Berès (President tal-Kumitat ECON), li għamel il-mistoqsija.