9. L-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità ***II - Iċ-ċertifikazzjoni ta' sewwieqa tal-ferroviji li joperaw lokomotivi u ferroviji fuq is-sistema ferrovjarja tal-Komunità ***II - Drittijiet u obbligi tal-passiġġiera internazzjonali bil-ferroviji ***II (dibattitu)
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u d-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ miżata għall-użu ta’ l-infrastruttura tal-ferroviji (05895/2/2006 — C6-0309/2006 — 2004/0047(COD)) - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Georg Jarzembowski (A6-0475/2006)
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill bil-ħsieb li tiġi adottata Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iċ-ċertifikazzjoni ta' sewwieqa tal-ferroviji li joperaw lokomotivi u ferroviji fuq is-sistema ferrovjarja tal-Komunità (05893/5/2006 — C6-0310/2006 — 2004/0048(COD)) - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Gilles Savary (A6-0480/2006)
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġiera internazzjonali bil-ferroviji (05892/1/2006 — C6-0311/2006 — 2004/0049(COD)) - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Dirk Sterckx (A6-0479/2006)
Georg Jarzembowski ippreżenta r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari (A6-0475/2006).
Gilles Savary ippreżenta r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari (A6-0480/2006).
Dirk Sterckx ippreżenta r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari (A6-0479/2006).
Tkellmu: Karin Roth (President fil-kariga tal-Kunsill), Jacques Barrot (Viċi President tal-Kummissjoni).
Tkellmu: Elisabeth Jeggle f'isem il-grupp PPE-DE, u Bogusław Liberadzki f'isem il-grupp PSE.
IPPRESIEDA Mario MAURO Viċi-President
Tkellmu: Josu Ortuondo Larrea f'isem il-grupp ALDE, Roberts Zīle f'isem il-grupp UEN, Michael Cramer f'isem il-grupp Verts/ALE, Erik Meijer f'isem il-grupp GUE/NGL, Michael Henry Nattrass f'isem il-grupp IND/DEM, Luca Romagnoli f'isem il-grupp ITS, Jim Allister Membru mhux affiljat, Reinhard Rack, Saïd El Khadraoui, Anne E. Jensen, Leopold Józef Rutowicz, Hélène Flautre, Jaromír Kohlíček, Johannes Blokland, Mathieu Grosch, Willi Piecyk, Paolo Costa u Karin Roth.
(Id-dibattitu twaqqaf f'dan il-punt. Dan ser jitkompla fid-21.00).