Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 17 ta' Jannar 2007 - Strasburgu

(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 19.00
Ħin li fih tkompliet is-seduta: 21.00 )

IPPRESIEDA Miguel Angel MARTÍNEZ MARTÍNEZ
Viċi-President

11. L-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità ***II - Iċ-ċertifikazzjoni ta' sewwieqa tal-ferroviji li joperaw lokomotivi u ferroviji fuq is-sistema ferrovjarja tal-Komunità ***II - Drittijiet u obbligi tal-passiġġiera internazzjonali bil-ferroviji ***II (tkomplija tad-dibattitu)
Rapporti Verbatim

Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u d-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ miżata għall-użu ta’ l-infrastruttura tal-ferroviji (05895/2/2006 — C6-0309/2006 — 2004/0047(COD)) - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Georg Jarzembowski (A6-0475/2006)

Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill bil-ħsieb li tiġi adottata Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iċ-ċertifikazzjoni ta' sewwieqa tal-ferroviji li joperaw lokomotivi u ferroviji fuq is-sistema ferrovjarja tal-Komunità (05893/5/2006 — C6-0310/2006 — 2004/0048(COD)) - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Gilles Savary (A6-0480/2006)

Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġiera internazzjonali bil-ferroviji (05892/1/2006 — C6-0311/2006 — 2004/0049(COD)) - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Dirk Sterckx (A6-0479/2006)

Tkellmu: Sepp Kusstatscher, Pedro Guerreiro, Gabriele Albertini, Gary Titley, Jeanine Hennis-Plasschaert, Marie Anne Isler Béguin, Etelka Barsi-Pataky, Inés Ayala Sender, Nathalie Griesbeck, Jörg Leichtfried, Stanisław Jałowiecki, Justas Vincas Paleckis, Zsolt László Becsey, Vladimír Maňka, Luís Queiró, Dieter-Lebrecht Koch, Erna Hennicot-Schoepges u Jacques Barrot (Viċi President tal-Kummissjoni).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 9.3, punt 9.4 u punt 9.5 tal- Minuti ta' 18.01.2007 .

Avviż legali - Politika tal-privatezza