Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
Il-Ħamis, 18 ta' Jannar 2007 - Strasburgu

5. Avviż tal-pożizzjonijiet komuni tal-Kunsill

Il-President avża, skond l-Artikolu 57(1) tar-Regoli ta' Proċedura, li rċieva l-pożizzjonijiet komuni li ġejjin mill-Kunsill flimkien mar-raġunijiet li wasslu sabiex jiġu adottati, u l-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar:

- Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill adottata fil-11 ta' Diċembru 2006 bil-ħsieb li jiġi adottat Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar servizzi pubbliċi tat-trasport għall-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li tħassar r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (13736/1/2006 - C6-0042/2007 - 2000/0212(COD))
irreferut responsabbli: TRAN

- Posizzjoni Komuni tal-Kunsill adottata fil-11 ta' Diċembru 2006 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (14039/1/2006 - C6-0041/2007 - 2005/0191(COD))
irreferut responsabbli: TRAN

- Pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill fil-11 ta' Diċembru 2006 bil-ħsieb li tiġi adottata Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi ("Direttiva Kwadru") (09911/3/2006 - C6-0040/2007 - 2003/0153(COD))
irreferut responsabbli: IMCO

- Pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill fl-4 ta' Diċembru 2006 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi regoli dwar kwantitajiet nominali għal prodotti mballati minn qabel, li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 75/106/KEE u 80/232/KEE, u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/211/KEE (13484/1/2006 - C6-0039/2007 - 2004/0248(COD))
irreferut responsabbli: IMCO

- Posizzjoni Komuni adottata mill-Kunsill fit-23 ta' Novembru 2006 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġar tar-riskji ta' l-għargħar (12131/6/2006 - C6-0038/2007 - 2006/0005(COD))
irreferut responsabbli: ENVI

Ċerti dokumenti għadhom mhux disponibbli bil-Bulgaru u bir- Rumen, iżda l-Kunsill impenja ruħu li jgħaddihom lill-Parlament mill-aktar fis possibbli.

Il-perjodu ta' tliet xhur għad-dispożizzjoni tal-Parlament sabiex jadotta l-pożizzjoni tiegħu kellu jibda għalhekk mill-għada, 19.01.2007.

Avviż legali - Politika tal-privatezza