Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
Il-Ħamis, 18 ta' Jannar 2007 - Strasburgu

9.1. Kompożizzjoni tal-Kumitati

Proposta għal deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti dwar il-kompożizzjoni tal-Kumitati (B6-0031/2007).

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 1)

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI

Adottata (P6_TA(2007)0001)

Bil-ħsieb li jippruvaw jiġu kkostitwiti l-Kumitati Parlamentari matul il-perjodu li jmiss tas-sessjoni ta' Brussell, kif kien maħsub mir-reunjoni tal-Konferenza tal-Presidenti ta' llum, il-President ippropona l-passi li ġejjin:

- Skadenza għat-tressiq tal-proposti tan-nomini fil-Kumitati: It-Tlieta 30 ta' Jannar, 12.00

- Riunjoni tal-Konferenza tal-Presidenti: It-Tlieta 30 ta' Jannar fil-17.00

Wara r-reunjoni tal-Konferenza tal-Presidenti, għandha tintbagħat komunikazzjoni lill-Membri bil-proposti tal-Konferenza tal-Presidenti kif ukoll l-iskadenza għat-tressiq ta' l-emendi għal dawn il-proposti.

- Skadenza għat-tressiq ta' l-emendi: L-Erbgħa 31 ta' Jannar, 15.00

- Dikjarazzjoni formali tal-proposti tal-Konferenza tal-Presidenti dwar id-denominazzjonijiet tal-kumitati: L-Erbgħa 31 ta' Jannar, 15.00

- Votazzjoni: L-Erbgħa 31 ta' Jannar, 17.30

- Riunjonijiet kostituttivi: L-Erbgħa filgħaxija/ Il-Ħamis filgħodu

Il-Parlament qabel ma' din il-proposta.

Avviż legali - Politika tal-privatezza