Il-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet għall-vot jidhru fil-websajt "Séance en direct" "Résultats des votes (appels nominaux) / Results of votes (roll-call votes)" u fil-verżjoni stampata ta' l-anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet b'sejħa ta' l-Ismijiet".
Il-verżjoni elettronika fuq il-Europarl tiġi aġġornata regolarment sa ta' l-anqas ġimagħtejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.
Wara li tgħaddi din l-iskadenza l-korrezzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali.
° ° ° °
Michel Rocard irrimarka li, waqt il-mument tal-votazzjoni dwar ir-Rapport Danutė Budreikaitė - A6-0474/2006 l-apparat tal-votazzjoni tiegħu ma ħadimx.
Martin Schulz irrimarka li, waqt il-mument tal-votazzjoni dwar il-Moratorju fuq il-piena tal-mewt (RC-B6-0032/2007) l-apparat tal-votazzjoni tiegħu ma ħadimx.
Konstantin Dimitrov għarraf li, minħabba raġunijiet ta' natura teknika, ma setax jivvota waqt l-ewwel żewġ votazzjonijiet b'sejħa ta' l-ismijiet.