Il-Ministru Spanjol għall-Affarijiet Barranin informa lill-Parlament Ewropew dwar id-deċiżjoni li jaħtar lil Josep Borrell Fontelles bħala rappreżentant speċjali tal-President fil-Kariga ta' l-OSCE.
Il-Kumitat għall-Ġustizzja ġie kkonsultat skond l-artikolu 4(2) tar-regoli ta' proċedura u waqt il-laqgħa tiegħu tad-29 u t-30 ta' Jannar 2007 wasal għall-konklużjoni li din il-missjoni hija konformi mal-kelma u l-ispirtu ta' l-Att dwar l-elezzjoni tar-rappreżentanti fil-Parlament Ewropew b'votazzjoni universali u li b'konsegwenza, Josep Borrell Fontelles mhux f'sitwazzjoni ta' inkompatitibilità u jistà jkompli jwettaq il-mandat parlamentari tiegħu.