Il-President ħabbar li beda proċedura, skond l-Artikoli 9 u 147(3), tar-Regoli ta' Proċedura, kontra Maciej Marian Giertych, u, wara li l-bieraħ sema', fil-preżenza tas-Segretarju Ġenerali, lill-Membru kkonċernat, li tah twissija talli ppubblika ktejjeb taħt l-isem tal-Parlament Ewropew, bi sfond ksenofobiku, li kien diġà kkundannat mill-Bureau fl-1 ta' Marzu 2007.
Għalhekk qara biċċa mit-test ta' l-ittra li hu bagħat lill-Membru, u għarraf li f'dan ir-rigward għadda komunikazzjoni lill-Bureau, lill-presidenti tal-gruppi politiċi u lill-korpi li dan il-Membru jipparteċipa fihom, jiġifieri l-Kumitat AFET u d-delegazzjoni għar-relazzjonijiet ma' l-Istati Uniti.