Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 14 ta' Marzu 2007 - Strasburgu

12. Ħin tal-mistoqsijiet (mistoqsijiet għall-Kunsill)
Rapporti Verbatim

Il-Parlament eżamina numru ta' mistoqsijiet lill-Kunsill (B6-0012/2007).

Mistoqsija 1 (Laima Liucija Andrikienė): It-tfittxija tar-ratifika tal-Kostituzzjoni ta' l-UE.

Gernot Erler (President fil-kariga tal-Kunsill) wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Laima Liucija Andrikienė, Philip Bushill-Matthews u Danutė Budreikaitė.

Mistoqsija 2 (Claude Moraes): Il-progress li sar rigward id-deċiżjoni ta' qafas dwar il-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija.

Gernot Erler wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Emine Bozkurt (sostitut ta' l-awtur), Jörg Leichtfried u Laima Liucija Andrikienė.

Mistoqsija 3 (Marie Panayotopoulos-Cassiotou): Il-limitu ta' l-età għal-logħob elettroniku b'kontenut vjolenti.

Gernot Erler wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Marie Panayotopoulos-Cassiotou u Inger Segelström.

Tkellem Marie Panayotopoulos-Cassiotou dwar it-traduzzjoni tat-titolu tal-mistoqsija tiegħu.

Gernot Erler wieġeb għall-mistoqsija kumplimentari ta' Paul Rübig.

Mistoqsija 4 (Sarah Ludford): Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni.

Gernot Erler wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Chris Davies (sostitut ta' l-awtur) u Justas Vincas Paleckis.

Mistoqsija 5 (Glenis Willmott): Manifest Ewropew dwar il-kanser ta' l-għonq ta' l-utru.

Gernot Erler wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Glenis Willmott.

Mistoqsija 6 (Bernd Posselt): In-negozjati ta' sħubija mal-Kroazja.

Gernot Erler wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Bernd Posselt, Reinhard Rack u Justas Vincas Paleckis.

Mistoqsija 7 (Sajjad Karim): Is-sitwazzjoni fiż-Zimbabwe.

Mistoqsija 8 (Eoin Ryan): Ir-relazzjonijiet ta' l-UE maż-Żimbabwe.

Gernot Erler wieġeb għall-mistoqsijiet u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Fiona Hall (sostitut ta' l-awtur), Brian Crowley (sostitut ta' l-awtur) u Jim Allister.

Mistoqsija 9 (Dimitrios Papadimoulis): L-Artikolu 301 tal-Kodiċi Penali Tork.

Gernot Erler wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Kyriacos Triantaphyllides (sostitut ta' l-awtur) u Panagiotis Beglitis.

Il-mistoqsijiet li ma kinux twieġbu minħabba nuqqas ta' ħin se jingħataw tweġibiet bil-miktub aktar 'il quddiem (ara l-Anness tar-Rapporti Verbatim tad-Dibattiti)

Il-ħin tal-mistoqsijiet imħolli għall-Kunsill intemm.

Avviż legali - Politika tal-privatezza