Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 28 ta' Marzu 2007 - Brussell

4. Missjoni fdata f'idejn deputat
Rapporti Verbatim

Il-President ikkomunika li l-Prim Ministru tar-Repubblika Ċeka infurmah dwar id-deċiżjoni tiegħu li jinnomina lil Jan Zahradil biex jirrappreżentah waqt il-konsultazzjonijiet rigward id-”Dikjarazzjoni ta' Berlin” u, b'mod iżjed ġenerali, għat-tnedija mill-ġdid tal-proċess kostituzzjonali waqt il-Presidenza Ġermaniża ta' l-Unjoni.

Matul il-laqgħa tiegħu tad-19 u l-20 ta' Marzu 2007, il-Kumitat Ġuridiku, bi qbil ma' l-Artikolu 4(5) tar-Regoli ta' Proċedura, wasal għall-konklużjoni li din il-missjoni hija konformi ma' l-ittra u ma' l-ispirtu ta' l-Att li jappoġġja l-elezzjoni tar-rappreżentanti għall-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, u li b'riżultat ta' dan, Jan Zahradil ma jinsabx f'pożizzjoni ta' inkompatibilità u jista' jkompli jeżerċita l-mandat parlamentari tiegħu.

Avviż legali - Politika tal-privatezza