Titus Corlăţean avża bil-miktub bir-riżenja tiegħu minn Membru tal-Parlament, b'seħħ mid-data 09.03.2007.
Il-Parlament iddikjara, b'konformità ma' l-Artikolu 4(1) tar-Regoli ta' Proċedura, is-siġġu tiegħu vakanti b'seħħ minn din id-data u jinforma l-awtorità nazzjonali kkonċernata dwar dan.
L-awtoritajiet Rumeni kompetenti kienu avżaw bil-ħatra ta' Vasile Puşcaş minflok Titus Corlăţean bħala Membru tal-Parlament, b'seħħ mid-data 09.03.2007.
Bi qbil ma' l-Artikolu 3(2), peress li l-kredenzjali tiegħu ma ġewx verifikati u lanqas ma ttieħdet deċiżjoni dwar xi kontestazzjoni eventwali, Vasile Puşcaş ħa postu fil-Parlament u fuq l-organi tiegħu u jgawdi mid-drittijiet kollha tiegħu, bil-kundizzjoni li preċedentement iffirma dikjarazzjoni li hu ma jwettaq l-ebda funzjoni li hi inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.