Il-President ħabbar li, bi qbil ma' l-Artikolu 167(1) tar-Regoli ta' Proċedura, irċieva avviż mill-Grupp UEN dwar l-intenzjoni tiegħu li jagħmel mistoqsija preliminari fil-ftuħ tad-dibattitu dwar id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-omofobija fl-Ewropa, inkluż fl-aġenda ta' għada wara nofsinhar.
Il-votazzjoni dwar din il-mozzjoni se ssir immedjatament wara li tiġi preżentata.