(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 19.35 Ħin li fih tkompliet is-seduta: 21.00 )
IPPRESIEDA Mario MAURO Viċi-President
14. Ftehima multilaterali dwar il-ħolqien ta' spazju ta' l-ajru komuni Ewropew - Ftehima multilaterali dwar it-twaqqif ta' Spazju ta' l-Ajru Komuni Ewropew (ECAA) * (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Ftehima multilaterali dwar il-ħolqien ta' spazju ta' l-ajru komuni Ewropew
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Multilaterali bejn ir-Repubblika ta' l-Albanija, il-Bożnja u Ħerżegovina, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika tal-Kroazja, il-Komunità Ewropea, ir-Repubblika ta' l-Iżlanda, dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Renju tan-Norveġja, is-Serbja u l-Montenegro, ir-Rumanija u l-Missjoni ta' Amministrazzjoni Temporanja tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo dwar it-twaqqif ta' Spazju ta' l-Ajru Komuni Ewropew (ECAA) [COM(2006)0113 - C6-0218/2006 - 2006/0036(CNS)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Eva Lichtenberger (A6-0060/2007)
Jacques Barrot (Viċi President tal-Kummissjoni) għamel dikjarazzjoni.
Eva Lichtenberger ippreżentat ir-rapport.
Tkellmu: Georg Jarzembowski f'isem il-grupp PPE-DE, Saïd El Khadraoui f'isem il-grupp PSE, Jeanine Hennis-Plasschaert f'isem il-grupp ALDE, Mieczysław Edmund Janowski f'isem il-grupp UEN, Vladimír Remek f'isem il-grupp GUE/NGL, Jean-Claude Martinez f'isem il-grupp ITS, Erna Hennicot-Schoepges, Silvia-Adriana Ţicău, Arūnas Degutis u Jacques Barrot.