Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 25 ta' April 2007 - Strasburgu

IPPRESIEDA Pierre MOSCOVICI
Viċi-President

4. Mandat ta' Membru
CRE

Tkellem Graham Watson f'isem il-grupp ALDE, li għarraf li l-awtoritajiet kompetenti Pollakki neħħew lil Bronisław Geremek mill-kariga ta' Membru tal-Parlament Ewropew b'seħħ mid-19.04.2007, peress li rrifjuta li jiffirma, bi qbil ma' liġi Pollakka ta' monitoraġġ li daħlet fis-seħħ fil-15.03.2007, dikjarazzjoni dwar kollaborazzjoni eventwali tiegħu ma' l-ex servizzi sigrieti komunisti. Graham Watson talab lill-President tal-Parlament Hans-Gert Pöttering biex jgħarraf lill-Parlament jekk il-kwistjoni ġietx indirizzata waqt l-aħħar laqgħa tiegħu mal-Prim Ministru Pollakk Jaroslaw Kaczynski. Barra minn hekk xtaq li l-entitajiet kompetenti tal-Parlament jeżaminaw il-kondizzjonijiet li japplikaw meta jiġi revokat il-mandat ta' Membru u talab li l-istituzzjoni tħares il-mandat ta' Bronisław Geremek kemm jista' jkun malajr.

Tkellmu: biex jassoċjaw ruħhom ma' dawn il-proposti Martin Schulz f'isem il-grupp PSE, Daniel Cohn-Bendit f'isem il-grupp Verts/ALE, Francis Wurtz f'isem il-grupp GUE/NGL, Giuseppe Gargani (President tal-Kumitat JURI) u Joseph Daul f'isem il-grupp PPE-DE.

Il-President spjega li għalissa l-Parlament għadu ma rċieva l-ebda avviż uffiċjali biex jitneħħa l-mandat ta' Bronisław Geremek min-naħa ta' l-awtoritajiet kompetenti Pollakki u li l-Konferenza tal-Presidenti u l-Kumitat JURI se jeżaminaw il-kwistjoni bl-intenzjoni li tiġi preżervata l-indipendenza tal-Parlament.

Avviż legali - Politika tal-privatezza