11.1. Prodotti mediċinali ta' terapija innovattiva ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prodotti mediċinali ta' terapija innovattiva u li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 [COM(2005)0567 - C6-0401/2005 - 2005/0227(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Miroslav Mikolášik (A6-0031/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 7)
Rapport dwar il-Proposta emendata għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri kriminali bil-għan li jiżguraw ir-rispett għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali [COM(2006)0168 – C6-0233/2005 – 2005/0127(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Nicola Zingaretti (A6-0073/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 8)
- Ignasi Guardans Cambó li ppropona emenda orali għall-emenda 46; peress li iktar minn 40 Membru ma qablux li għandha titqies, din l-emenda ma nżammitx.
11.3. Sistema ta' monitoraġġ u informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunita' ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2002/59/KE li tistabbilixxi sistema ta' monitoraġġ u informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunita' [COM(2005)0589 - C6-0004/2006 - 2005/0239(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Dirk Sterckx (A6-0086/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 9)
- Luis de Grandes Pascual li preżenta emenda orali għall-emenda 46, li nżammet.
11.4. Investigazzjoni dwar inċidenti fis-settur tat-trasport marittimu ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni dwar inċidenti fis-settur tat-trasport marittimu u li temenda d-Direttivi 1999/35/KE u 2002/59/KE [COM(2005)0590 - C6-0056/2006 - 2005/0240(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Jaromír Kohlíček (A6-0079/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 10)
- Jaromír Kohlíček (rapporteur), li propona li jiġi invertit l-ordni tal-votazzjoni għall-emendi 1 u 26. Il-Parlament approva l-proposta.
11.5. Responsabbiltà ta' l-intrapriżi li jġorru l-passiġġieri bil-baħar jew fuq ilmijiet interni, f'każ ta' inċidenti ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-responsabbilta' ta' l-intrapriżi li jġorru l-passiġġieri bil-baħar jew fuq ilmijiet interni, f'każ ta' inċidenti [COM(2005)0592 - C6-0057/2006 - 2005/0241(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Paolo Costa (A6-0063/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 11)
- Paolo Costa (rapporteur) li stieden lill-Membri biex jiċħdu l-emendi li ma jienux imressqa mill-kumitat kompetenti;
- Georg Jarzembowski f'isem il-grupp PPE-DE, dwar dan l-intervent.
11.6. Kontroll tal-Port mill-Istat (verżjoni ta' tfassil mill-ġdid) ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll tal-port mill-Istat (verżjoni ta' tfassil mill-ġdid) [COM(2005)0588 - C6-0028/2006 - 2005/0238(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Dominique Vlasto (A6-0081/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 12)
11.7. Organizzazzjonijiet li jwettqu spezzjonijiet u eżamijiet fuq vapuri ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi regoli u standards komuni dwar organizzazzjonijiet li jwettqu spezzjonijiet u eżamijiet fuq vapuri kif ukoll li jieħdu ħsieb ta' l-attivitajiet ta' amministrazzjoni marittima [COM(2005)0587 - C6-0038/2006 - 2005/0237(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Luis de Grandes Pascual (A6-0070/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 13)
11.8. Standards internazzjonali komuni għall-informazzjoni finanzjarja (votazzjoni)
Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa bi qbil ma' l-Artikolu 81 tar-Regoli ta' Proċedura, mill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1725/2003 li jadotta ċerti standards internazzjonali ta' kontabilità skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' l-Istandard Internazzjonali għar-Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRS) 8 li jirrigwarda d-dikjarazzjoni ta' setturi operattivi (B6-0157/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 14)
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
Tkellmet Pervenche Berès, Chairperson tal-Kumitat ECON, li talbet, fuq il-bażi ta' l-Artikolu 170(4) tar-Regoli ta' Proċedura, li l-votazzjoni tiġi posposta għas-sessjoni parzjali ta' Settembru II. Il-Parlament approva din it-talba.
11.9. Twaqqif ta' Kumitat temporanju dwar il-bidla fil-klima (votazzjoni)
Proposta għal deċiżjoni, imressqa bi qbil ma' l-Artikolu 175 tar-Regoli ta' Proċdura, mill-Konferenza tal-Presidenti, dwar it-twaqqif u l-istipulazzjoni tal-kompetenzi, tal-kompożizzjoni u tat-tul tal-mandat tal-kumitat temporanju għall-bidla klimatika (B6-0158/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 15)
11.10. Azzjonijiet għal danni u interessi għall-ksur tar-regoli Komunitarji dwar kollużjoni u l-abbuż ta' pożizzjoni dominanti (Green Paper) (votazzjoni)
Rapport dwar il-Green Paper: Azzjonijiet għal danni u interessi għall-ksur tar-regoli Komunitarji dwar kollużjoni u l-abbuż ta' pożizzjoni dominanti [2006/2207(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Antolín Sánchez Presedo (A6-0133/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 16)
11.12. Stateġija tematika għall-użu sostenibbli ta' riżorsi naturali (votazzjoni)
Rapport dwar stateġija tematika għall-użu sostenibbli ta' riżorsi naturali [ 2006/2210(INI)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Kartika Tamara Liotard (A6-0054/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 18)
Joseph Daul, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Elmar Brok, Charles Tannock, Stefano Zappalà, Bogdan Klich, Antonio Tajani, Jas Gawronski, Georgios Papastamkos, Robert Sturdy, Alexander Radwan, John Bowis, Georg Jarzembowski u Malcolm Harbour f'isem il-grupp PPE-DE,
Jan Marinus Wiersma, Hannes Swoboda u Erika Mann f'isem il-grupp PSE,
Alexander Lambsdorff, Sophia in 't Veld, Lapo Pistelli, Margarita Starkevičiūtė u Anneli Jäätteenmäki f'isem il-grupp ALDE,
Adam Bielan, Konrad Szymański u Michał Tomasz Kamiński f'isem il-grupp UEN
- Sophia in 't Veld u José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra li t-tnejn proponew emenda orali għall-paragrafu 13 li nżammu).
11.14. Rapport ta' segwitu ta' l-2006 dwar il-Kroazja (votazzjoni)
Rapport dwar rapport ta' segwitu rigward il-Kroazja fl-Unjoni Ewropea [ 2006/2288(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Hannes Swoboda (A6-0092/2007)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 20)
- Hannes Swoboda (rapporteur), li propona emenda orali għall-emenda 18 u emenda orali għall-emenda 24. Iż-żewġ emendi orali nżammu.
IPPRESIEDA Luigi COCILOVO Viċi-President
Tkellem Reinhard Rack li qies li jkun xieraq li s-seduti formali jiġu organizzati nhar ta' Tlieta minflok nhar ta' Erbgħa, peress li normalment il-Ħin tal-Votazzjonijiet tat-Tlieta jkun inqas mimli (Il-President impenja ruħu li jgħaddi din ir-rimarka lis-servizzi kompetenti).