Il-Kumitat għall-Baġits evalwa l-proposta ta' trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 10/2007 tal-Kummissjoni Ewropea (C6-0107/2007 - SEC(2007)0370).
Wara li għarrfet il-parir tal-Kunsill, hija awtorizzat b'mod parzjali t-trasferiment bi qbil ma' l-Artikolu 24(3) tar-Regolament Finanzjarju tal-25.6.2002, kif kien modifikat fit-13.12.2006.
° ° ° °
Il-Kumitat għall-Baġits evalwa l-proposta ta' trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 12/2007 tal-Kummissjoni Ewropea (C6-0121/2007 - SEC(2007)0558).
Hija rrifjutat il-parti relatata ma' l-Artikolu 19 10 03: Koperazzjoni mal-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw li jinsabu fil-Lvant tal-Ġordanja.
Hija esprimiet opinjoni favorevoli, bi qbil ma' l-Artikolu 24(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-25.6.2002, kif kien modifikat fit-13.12.2006, skond il-klassifika li jmiss:
Oriġini tal-krediti:
Mill-kapitolu – 01 04 Operazzjonijiet u strumenti finanzjarji
Punt 01.0401 – 01 04 01 13 Riserva għal għotjiet u garanziji ta' l-għotjiet favur u għal pajjiżi terzi
- 65 000 000 euro CE/CP
Destinazzjoni tal-krediti:
Għall-kapitolu – 19.08 Politika Ewropea għall-viċinanza u r-relazzjonijiet mar-Russja
Punt – 19 08 01 02 Politika Ewropea għall-viċinanza u sħubija – Għajnuna finanzjarja għall-Palestina, għall-Proċess ta' Paċi u għall-UNRWA