Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar servizzi pubbliċi tat-trasport għall-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li tħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 [13736/1/2006 - C6-0042/2007 - 2000/0212(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Erik Meijer (A6-0131/2007)
(Maġġoranza kwalifikata)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 2)
- Mathieu Grosch, f'isem Willi Piecyk, ippropona l-emendi orali ma' l-emendi 66 u 67, li ma ġewx aċċettati, peress li aktar minn 40 Membru rrifjutaw li jitqiesu (Mathieu Grosch b'hekk indika li l-verżjoni bl-Ingliż ta' l-emendi 66 u 67 hija dik valida);
- Paolo Costa dwar l-emenda orali ma' l-emenda 66;