Il-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet għall-vot jidhru fil-websajt "Séance en direct" "Résultats des votes (appels nominaux) / Results of votes (roll-call votes)" u fil-verżjoni stampata ta' l-anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet b'sejħa ta' l-Ismijiet".
Il-verżjoni elettronika fuq il-Europarl tiġi aġġornata regolarment sa ta' l-anqas ġimagħtejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.
Wara li tgħaddi din l-iskadenza l-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali.
° ° ° °
Robert Atkins, Manuel Medina Ortega, Panagiotis Beglitis u Nikolaos Sifunakis indikaw li, għall-raġunijiet tekniċi, huma ma setgħux jivvutaw dwar ir- Rapport Marie-Line Reynaud - A6-0143/2007
Jacek Protasiewicz indika li għall-raġunijiet tekniċi, hu ma setgħax jivvota dwar l-emenda 5 għar-riżoluzzjoni komuni dwar il- Laqgħa għolja bejn l-UE u r-Russja (RC-B6-0190/2007/rev).
Renato Brunetta indika li għall-raġunijiet tekniċi, hu ma setgħax jivvota dwar l-emenda 5 għar-Rapport Diana Wallis - A6-0156/2007.