10. Talba għall-ħarsien ta' l-immunità parlamentari
Ashley Mote ippreżenta lill-Presidenza t-talba għall-ħarsien ta' l-immunità parlamentari tiegħu fil-qafas tal-proċedura ġudizzjarja attwali fir-Renju Unit.
It-talba ġiet mgħoddija lill-kumitat responsabbli, jiġifieri lill-Kumitat JURI, skond l-Artikolu 6(3) tar-Regoli ta' Proċedura.